LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 2 Ġwanni 1-13
  • It-​Tieni taʼ Ġwanni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-​Tieni taʼ Ġwanni
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
It-​Tieni taʼ Ġwanni

It-​Tieni taʼ Ġwanni

1 L-anzjan+ lis-​sinjura magħżula+ u lil uliedha, li jien verament inħobb,+ u mhux jien biss, imma wkoll dawk kollha li saru jafu l-​verità,+ 2 minħabba l-​verità li tibqaʼ fina+ u tkun magħna għal dejjem.+ 3 Jalla jkollna l-​qalb tajba mhix mistħoqqa,+ il-​ħniena u l-​paċi mingħand Alla l-​Missier+ u mingħand Ġesù Kristu, Bin il-​Missier, flimkien mal-​verità u l-​imħabba.+

4 Jien nithenna ferm għax sibt xi wħud minn uliedek+ mexjin fil-​verità,+ bħalma rċivejna l-​kmandament mingħand il-​Missier.+ 5 Għalhekk issa nitolbok, sinjura, bħala bniedem li mhux qed jiktiblek kmandament ġdid,+ imma wieħed li kellna sa mill-​bidu,+ li nħobbu lil xulxin.+ 6 U l-​imħabba tfisser dan:+ li nibqgħu mexjin skond il-​kmandamenti tiegħu.+ Dan hu l-​kmandament, bħalma smajtu sa mill-​bidu, li għandkom tibqgħu mexjin fih.+ 7 Għax fid-​dinja dehru ħafna qarriqin,+ nies li ma jistqarrux li Ġesù Kristu ġie bħala bniedem.+ Dak hu l-​qarrieq+ u l-​antikrist.+

8 Oqogħdu attenti għalikom infuskom biex ma titilfux dak li ħdimna għalih, imma tiksbu premju sħiħ.+ 9 Kulmin imur iktar ’il quddiem+ u ma jibqax+ fit-​tagħlim tal-​Kristu m’għandux lil Alla.+ Min jibqaʼ f’dan it-​tagħlim għandu kemm lill-​Missier u kemm lill-​Iben.+ 10 Jekk xi ħadd jiġi għandkom u ma jġibx dan it-​tagħlim, tilqgħuh qatt fi djarkom+ u ssellmulux.+ 11 Għax min isellimlu jieħu sehem fl-​għemejjel mill-​agħar tiegħu.+

12 Għalkemm għandi ħafna x’niktbilkom, ma nixtieqx nagħmel dan bil-​karta u l-​linka,+ imma qed nittama li niġi għandkom u nkellimkom wiċċ imbwiċċ,+ sabiex il-​ferħ+ tagħkom ikun sħiħ.+

13 Ulied oħtok, il-​magħżula, jibagħtu jsellu għalik.+

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja