LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 1 Ġwanni 1:1-5:21
  • L-​Ewwel taʼ Ġwanni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-​Ewwel taʼ Ġwanni
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
L-​Ewwel taʼ Ġwanni

L-​Ewwel taʼ Ġwanni

1 Dwar dak li kien mill-​bidu,+ li smajna,+ li rajna b’għajnejna,+ li ħarisna+ lejh b’attenzjoni, u li ħassejna b’idejna,+ dwar il-​kelma tal-​ħajja,+ 2 (iva, il-​ħajja ntweriet,+ u aħna rajnieha u qed nixhdulkom+ u nirrapportawlkom il-​ħajja taʼ dejjem+ li kienet mal-​Missier u li ntweritilna,) 3 dak li rajna u smajna qed nirrapportawhulkom ukoll,+ sabiex intom ukoll tissieħbu magħna.+ Iktar minn hekk, din is-​sħubija+ tagħna hi mal-​Missier u maʼ Ibnu Ġesù Kristu.+ 4 U għalhekk qed niktbu dan, sabiex il-​ferħ tagħna jkun sħiħ.+

5 U dan hu l-​messaġġ li smajna mingħandu u li qed inħabbrulkom,+ li Alla hu dawl+ u m’hemm ebda dlam fih.+ 6 Jekk ngħidu: “Aħna mseħbin miegħu,” iżda nibqgħu mexjin fid-​dlam,+ qed nigdbu u m’aħniex nipprattikaw il-​verità.+ 7 Madankollu, jekk qed nimxu fid-​dawl bħalma hu stess qiegħed fid-​dawl,+ aħna mseħbin maʼ xulxin,+ u d-​demm+ taʼ Ibnu Ġesù jnaddafna+ minn kull dnub.+

8 Jekk ngħidu: “M’għandniex dnub,”+ qed inqarrqu bina nfusna+ u l-​verità m’hijiex fina. 9 Jekk nistqarru dnubietna,+ tant hu leali u ġust li jaħfrilna dnubietna u jnaddafna minn kull ħaġa li mhix sewwa.+ 10 Jekk ngħidu: “Ma dnibniex,” inkunu qed nagħmluh giddieb, u kelmtu ma tkunx fina.+

2 Uliedi ċkejknin, qed niktbilkom dan biex ma tidinbux.+ Iżda jekk xi ħadd jidneb, għandna ajjutant+ mal-​Missier, lil Ġesù Kristu, li hu ġust.+ 2 Hu wkoll sagrifiċċju+ propizjatorju*+ għal dnubietna,+ iżda mhux għal dnubietna+ biss imma wkoll għad-​dnubiet tad-​dinja kollha.+ 3 U b’dan għandna l-​għarfien li sirna nafuh, jiġifieri, jekk inkomplu nosservaw il-​kmandamenti tiegħu.+ 4 Min jgħid: “Sirt nafu,”+ iżda mhux qed josserva l-​kmandamenti tiegħu,+ hu giddieb, u l-​verità mhix fih.+ 5 Imma kulmin josserva kelmtu,+ tassew li l-​imħabba t’Alla ntgħamlet perfetta f’dan il-​bniedem.+ B’dan għandna l-​għarfien li aħna f’unjoni miegħu.+ 6 Min jgħid li għadu f’unjoni+ miegħu għandu l-​obbligu li hu wkoll jibqaʼ miexi bħalma mexa hu.+

7 Maħbubin, m’iniex qed niktbilkom kmandament ġdid, imma kmandament qadim+ li ngħatajtu sa mill-​bidu.+ Dan il-​kmandament qadim hu l-​kelma li smajtu. 8 Iżda qed niktbilkom kmandament ġdid, kmandament li hu veru kemm fil-​każ taʼ Ġesù u kemm fil-​każ tagħkom, għax id-​dlam+ qed jgħib u d-​dawl veru+ diġà qed jiddi.

9 Min jgħid li qiegħed fid-​dawl iżda jobgħod+ lil ħuh għadu fid-​dlam s’issa.+ 10 Min iħobb lil ħuh jibqaʼ fid-​dawl,+ u fil-​każ tiegħu m’hemm ebda raġuni għal tfixkil.+ 11 Imma min jobgħod lil ħuh qiegħed fid-​dlam u miexi fid-​dlam,+ u ma jafx fejn sejjer,+ għax id-​dlam għamielu għajnejh.

12 Ulied żgħar, qed niktbilkom għax dnubietkom inħafrulkom minħabba ismu.+ 13 Missirijiet, qed niktbilkom għax sirtu tafuh lil dak li hu mill-​bidu.+ Żgħażagħ,+ qed niktbilkom għax intom irbaħtu lill-​Ħażin.+ Ulied żgħar,+ niktbilkom għax sirtu tafu lill-​Missier.+ 14 Missirijiet,+ niktbilkom għax sirtu tafuh lil dak li hu mill-​bidu.+ Żgħażagħ, niktbilkom għax intom b’saħħitkom+ u l-​kelma t’Alla tibqaʼ fikom,+ u intom irbaħtu lill-​Ħażin.+

15 Tħobbux id-​dinja u lanqas dak li hemm fid-​dinja.+ Jekk xi ħadd iħobb id-​dinja, l-​imħabba tal-​Missier mhix fih;+ 16 għax kulma hemm fid-​dinja+—ix-​xewqa tal-​laħam+ u x-​xewqa taʼ l-​għajnejn+ u l-​iffanfrar bil-​mezzi tal-​ħajja+—ma joriġinax mill-​Missier, imma mid-​dinja.+ 17 Iktar minn hekk, id-​dinja tgħaddi u x-​xewqa tagħha wkoll,+ imma min jagħmel ir-​rieda+ t’Alla jibqaʼ għal dejjem.+

18 Ulied żgħar, din hi l-​aħħar siegħa,+ u, bħalma smajtu li ġej l-​antikrist,+ saħansitra issa hawn ħafna antikristijiet;+ u minn dan il-​fatt sirna nafu li hi l-​aħħar siegħa. 19 Huma ħarġu minn fostna, imma ma kinux it-​tip tagħna;+ għax kieku kienu t-​tip tagħna, kienu jibqgħu magħna.+ Imma huma ħarġu biex jintwera li mhux ilkoll huma t-​tip tagħna.+ 20 U intom ġejtu midlukin mill-​qaddis;+ intom ilkoll għandkom l-​għarfien.+ 21 Ma niktbilkomx għax ma tafux il-​verità,+ imma għax tafuha,+ u għax ebda gidba ma toriġina mill-​verità.+

22 Min hu l-​giddieb jekk mhux dak li jiċħad li Ġesù hu l-​Kristu?*+ Dan hu l-​antikrist,+ dak li jiċħad lill-​Missier u lill-​Iben.+ 23 Kulmin jiċħad lill-​Iben lanqas lill-​Missier m’għandu.+ Min jistqarr+ lill-​Iben għandu lill-​Missier ukoll.+ 24 Iżda intom ħa jibqaʼ fikom dak li smajtu sa mill-​bidu.+ Jekk dak li smajtu sa mill-​bidu jibqaʼ fikom, intom ukoll tibqgħu f’unjoni+ maʼ l-​Iben u f’unjoni mal-​Missier.+ 25 Iktar minn hekk, din hi l-​ħaġa li wegħedna hu stess, il-​ħajja taʼ dejjem.+

26 Dan qed niktbilkom dwar dawk li qed jipprovaw iqarrqu bikom.+ 27 Iżda intom, id-​dlik+ li rċivejtu mingħandu jibqaʼ fikom, u m’għandkomx bżonn min jgħallimkom;+ imma, bħalma d-​dlik mingħandu qed jgħallimkom dwar kollox,+ u hu veru+ u mhux gidba, u bħalma għallimkom, ibqgħu f’unjoni+ miegħu. 28 Għalhekk issa, ulied ċkejknin,+ ibqgħu f’unjoni+ miegħu, sabiex meta jintwera+ jkollna l-​libertà tal-​kelma+ u ma nitbegħdux minnu bil-​mistħija fil-​preżenza tiegħu.+ 29 Jekk tafu li hu ġust,+ issiru tafu li kulmin jipprattika l-​ġustizzja twieled minnu.+

3 Ara liema xorta taʼ mħabba+ tana l-​Missier, sabiex nissejħu wlied Alla;+ u hekk aħna. Huwa għalhekk li d-​dinja+ ma tafniex, għax ma saritx taf lilu.+ 2 Maħbubin, issa aħna wlied Alla,+ imma s’issa għadu ma ntweriex x’se nkunu.+ Nafu li meta jintwera+ se nkunu bħalu,+ għax narawh kif inhu.+ 3 U kulmin għandu din it-​tama mqiegħda fih jippurifika+ lilu nnifsu, bħalma hu stess hu pur.+

4 Kulmin jipprattika d-​dnub+ qed jipprattika wkoll il-​ksur tal-​liġi,+ u għalhekk id-​dnub+ hu ksur tal-​liġi. 5 Intom tafu wkoll li hu ntwera biex ineħħilna dnubietna,+ u fih m’hemm ebda dnub.+ 6 Kulmin jibqaʼ f’unjoni+ miegħu ma jipprattikax id-​dnub;+ kulmin jipprattika d-​dnub la rah u lanqas sar jafu.+ 7 Ulied ċkejknin, tħallu lil ħadd iqarraq bikom; min jipprattika l-​ġustizzja hu ġust, bħalma hu stess hu ġust.+ 8 Min jipprattika d-​dnub joriġina mix-​Xitan, għax ix-​Xitan ilu jidneb sa mill-​bidu.+ Għalhekk intwera+ l-​Iben t’Alla, jiġifieri, biex ikisser l-​għemejjel tax-​Xitan.+

9 Kulmin twieled minn Alla ma jipprattikax id-​dnub,+ għax iż-​żerriegħa riproduttiva Tiegħu tibqaʼ fi bniedem bħal dan, u ma jistax jipprattika d-​dnub, għax twieled minn Alla.+ 10 Ulied Alla u wlied ix-​Xitan jidhru ċar minn dan il-​fatt: Kulmin ma jipprattikax il-​ġustizzja+ ma joriġinax minn Alla, lanqas min ma jħobbx lil ħuh.+ 11 Għax dan hu l-​messaġġ li smajtu sa mill-​bidu,+ li għandna nħobbu lil xulxin;+ 12 mhux bħal Kajjin, li oriġina mill-​Ħażin u qatel+ lil ħuh. U għala qatlu? Għax l-​għemejjel tiegħu kienu mill-​agħar,+ imma taʼ ħuh kienu ġusti.+

13 Ħuti, tistagħġbux li d-​dinja tobgħodkom.+ 14 Aħna nafu li mill-​mewt għaddejna għall-​ħajja,+ għax inħobbu lill-​aħwa.+ Min ma jħobbx jibqaʼ fil-​mewt.+ 15 Kulmin jobgħod+ lil ħuh hu qattiel,+ u tafu li f’ebda qattiel+ ma tibqaʼ l-​ħajja taʼ dejjem.+ 16 B’dan sirna nafuha l-​imħabba,+ għax hu ta ruħu għalina;+ u aħna għandna l-​obbligu li nagħtu ruħna għal ħutna.+ 17 Imma kulmin għandu biex jgħix+ f’din id-​dinja u jara lil ħuh fil-​bżonn+ u ma jkunx irid juri ħniena miegħu,+ kif tistaʼ tibqaʼ fih l-​imħabba t’Alla?+ 18 Ulied ċkejknin, ħa ma nħobbu+ la bil-​kliem u lanqas bl-​ilsien,+ imma bl-​għemil+ u l-​verità.+

19 B’dan insiru nafu li noriġinaw mill-​verità,+ u naċċertaw lil qlubna quddiemu 20 rigward dak kollu li qlubna jikkundannawna dwaru,+ għax Alla hu akbar minn qlubna u jaf kollox.+ 21 Maħbubin, jekk qlubna ma jikkundannawniex, nistgħu nitkellmu bil-​libertà m’Alla;+ 22 u kulma nitolbu naqilgħuh mingħandu,+ għax qed nosservaw il-​kmandamenti tiegħu u qed nagħmlu dak li jogħġob lilu.+ 23 Tabilħaqq, dan hu l-​kmandament tiegħu, li jkollna l-​fidi f’isem Ibnu Ġesù Kristu+ u li nħobbu lil xulxin,+ bħalma kkmandana hu. 24 Iktar minn hekk, min josserva l-​kmandamenti tiegħu jibqaʼ f’unjoni miegħu, u hu jibqaʼ f’unjoni maʼ bniedem bħal dan;+ u b’dan insiru nafu li hu se jibqaʼ f’unjoni magħna,+ minħabba l-​ispirtu+ li tana.

4 Maħbubin, temmnux kull espressjoni mnebbħa,+ imma għarblu l-​espressjonijiet imnebbħin biex taraw jekk joriġinawx minn Alla,+ għax dehru ħafna profeti foloz fid-​dinja.+

2 Minn dan issiru tafu liema hi l-​espressjoni mnebbħa minn Alla:+ Kull espressjoni mnebbħa li tistqarr li Ġesù Kristu ġie bħala bniedem toriġina minn Alla,+ 3 imma kull espressjoni mnebbħa li ma tistqarrx lil Ġesù ma toriġinax minn Alla.+ Iktar minn hekk, din hi l-​espressjoni mnebbħa taʼ l-​antikrist, li intom smajtu li kienet ġejja+ u li issa diġà qiegħda fid-​dinja.+

4 Ulied ċkejknin, intom toriġinaw minn Alla u rbaħtu lil dawn in-​nies,+ għax dak li hu f’unjoni+ magħkom hu akbar+ minn dak li hu f’unjoni mad-​dinja.+ 5 Huma joriġinaw mid-​dinja;+ huwa għalhekk li jitkellmu dak li ġej mid-​dinja u d-​dinja tismagħhom.+ 6 Aħna noriġinaw minn Alla.+ Min isir jaf dwar Alla jismagħna;+ min ma joriġinax minn Alla ma jismagħniex.+ B’dan il-​mod nagħrfu l-​espressjoni mnebbħa tal-​verità u l-​espressjoni mnebbħa taʼ l-​iżball.+

7 Maħbubin, ħa nkomplu nħobbu lil xulxin,+ għax l-​imħabba+ hi minn Alla, u kulmin iħobb twieled minn Alla+ u jsir jaf dwar Alla.+ 8 Min ma jħobbx ma sarx jaf lil Alla, għax Alla hu mħabba.+ 9 B’dan intweriet l-​imħabba t’Alla għalina,+ għax Alla bagħat lill-​Iben uniġenitu tiegħu+ fid-​dinja biex niksbu l-​ħajja permezz tiegħu.+ 10 L-imħabba qiegħda f’dan: li mhux aħna ħabbejna lil Alla, imma hu ħabbna u bagħat lil Ibnu bħala sagrifiċċju+ propizjatorju*+ għal dnubietna.+

11 Maħbubin, jekk Alla ħabbna b’dan il-​mod, mela aħna għandna l-​obbligu li nħobbu lil xulxin.+ 12 Qatt ħadd ma ra lil Alla.+ Jekk inkomplu nħobbu lil xulxin, Alla jibqaʼ fina u mħabbtu tintgħamel perfetta fina.+ 13 B’dan insiru nafu li se nibqgħu f’unjoni+ miegħu u hu se jibqaʼ f’unjoni magħna,+ għax tana l-​ispirtu tiegħu.+ 14 Iżjed minn hekk, aħna stess rajna+ u qed nixhdu+ li l-​Missier bagħat lil Ibnu bħala s-​Salvatur tad-​dinja.+ 15 Kulmin jistqarr li Ġesù Kristu hu l-​Iben t’Alla,+ Alla jibqaʼ f’unjoni maʼ bniedem bħal dan u hu jibqaʼ f’unjoni m’Alla.+ 16 U aħna stess sirna nafu u emminna l-​imħabba+ li Alla għandu għalina.

Alla hu mħabba,+ u min jibqaʼ juri l-​imħabba+ jibqaʼ f’unjoni m’Alla u Alla jibqaʼ f’unjoni+ miegħu. 17 B’dan il-​mod l-​imħabba ntgħamlet perfetta fina, sabiex ikollna l-​libertà tal-​kelma+ f’jum il-​ġudizzju,+ għax, bħalma huwa hu, aħna wkoll hekk aħna f’din id-​dinja.+ 18 M’hemm ebda biżaʼ fl-​imħabba,+ imma l-​imħabba perfetta tkeċċi l-​biżaʼ ’l barra,+ għax il-​biżaʼ jaħkem u jgħakkes lil dak li jkun. Tabilħaqq, min hu maħkum mill-​biżaʼ ma ntgħamilx perfett fl-​imħabba.+ 19 Ngħidu għalina, aħna nħobbu, għax hu ħabbna l-​ewwel.+

20 Jekk xi ħadd jgħid: “Inħobb lil Alla,” iżda jobgħod lil ħuh, hu giddieb.+ Għax min ma jħobbx lil ħuh,+ li jarah, ma jistax ikun li jħobb lil Alla, li ma jarahx.+ 21 U għandna dan il-​kmandament mingħandu,+ li min iħobb lil Alla għandu jħobb lil ħuh ukoll.+

5 Kulmin jemmen li Ġesù hu l-​Kristu twieled minn Alla,+ u kulmin iħobb lil dak li kkaġuna t-​twelid iħobb lil dak li twieled minnu.+ 2 B’dan insiru nafu li qed inħobbu+ lil ulied Alla,+ meta nkunu qed inħobbu lil Alla u nagħmlu l-​kmandamenti tiegħu.+ 3 Għax l-​imħabba+ t’Alla tfisser dan: li nosservaw il-​kmandamenti tiegħu;+ u madankollu l-​kmandamenti tiegħu m’humiex tqal,+ 4 għax dak kollu li twieled+ minn Alla jirbaħ lid-​dinja.+ U din hi r-​rebħa+ li rebħet+ lid-​dinja, il-​fidi tagħna.+

5 Min hu li jirbaħ+ lid-​dinja+ jekk mhux min għandu l-​fidi+ li Ġesù hu l-​Iben t’Alla?+ 6 Dan hu li ġie permezz taʼ l-​ilma u d-​demm, Ġesù Kristu; mhux bl-​ilma+ biss, imma bl-​ilma u bid-​demm.+ U l-​ispirtu+ hu li jixhed, għax l-​ispirtu hu l-​verità. 7 Għax hemm tlieta li jixhdu, 8 l-ispirtu+ u l-​ilma+ u d-​demm,+ u t-​tlieta huma fi qbil.+

9 Jekk nilqgħu x-​xiehda li jagħtu l-​bnedmin,+ ix-​xiehda li jagħti Alla hi akbar, għax din hi x-​xiehda li jagħti Alla, il-​fatt li xehed+ dwar Ibnu. 10 Min ipoġġi l-​fidi tiegħu fl-​Iben t’Alla, fil-​każ tiegħu tkun ngħatatlu x-​xiehda.+ Min m’għandux fidi f’Alla jkun qed igiddbu,+ għax ma jkunx poġġa l-​fidi tiegħu fix-​xiehda li ngħatat,+ li Alla bħala xhud+ ta dwar Ibnu. 11 U din hi x-​xiehda li ngħatat, li Alla tana l-​ħajja taʼ dejjem,+ u din il-​ħajja qiegħda f’Ibnu.+ 12 Min għandu l-​Iben għandu din il-​ħajja; min m’għandux l-​Iben t’Alla m’għandux din il-​ħajja.+

13 Qed niktbilkom dan sabiex tkunu tafu li għandkom il-​ħajja taʼ dejjem,+ intom li poġġejtu l-​fidi tagħkom f’isem l-​Iben t’Alla.+ 14 U din hi l-​fiduċja li għandna fih,+ li, kulma nitolbuh skond ir-​rieda tiegħu, hu jismagħna.+ 15 Iktar minn hekk, jekk nafu li jismagħna f’kulma qed nitolbuh,+ nafu li se naqilgħu dak li tlabna peress li tlabnieh lilu.+

16 Jekk xi ħadd jilmaħ lil ħuh jagħmel dnub li ma jġibx il-​mewt,+ għandu jitlob għalih, u Alla jagħtih il-​ħajja,+ iva, lil dawk li ma jagħmlux dnub li jġib il-​mewt.+ Hemm dnub li jġib il-​mewt. Hu dwar dan id-​dnub li ma ngħidlux biex jitlob.+ 17 Kull inġustizzja hi dnub;+ iżda hemm dnub li ma jġibx il-​mewt.

18 Nafu li kulmin twieled minn Alla+ ma jipprattikax id-​dnub, imma Dak+ li twieled minn Alla jħarsu, u l-​Ħażin ma jaħkmux taħt idejh.+ 19 Aħna nafu li noriġinaw minn Alla,+ imma d-​dinja kollha qiegħda taħt il-​qawwa tal-​Ħażin.+ 20 Imma aħna nafu li l-​Iben t’Alla ġie,+ u tana l-​kapaċità intellettwali+ biex niksbu l-​għarfien dwar l-​Alla l-​veru.+ U aħna qegħdin f’unjoni+ miegħu, permezz taʼ Ibnu Ġesù Kristu. Dan hu l-​Alla l-​veru+ u l-​ħajja taʼ dejjem.+ 21 Ulied ċkejknin, ħarsu ruħkom mill-​idoli.+

Ara Rum 3:25, in-​nota taʼ taħt.

Ara Mt 2:4, in-​nota taʼ taħt.

Ara Rum 3:25, in-​nota taʼ taħt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja