LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 p. 1639
  • 2 “Geħenna”—Simbolu taʼ Qerda Totali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 2 “Geħenna”—Simbolu taʼ Qerda Totali
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
2 “Geħenna”—Simbolu taʼ Qerda Totali

2 “Geħenna”—Simbolu taʼ Qerda Totali

Ebrajk, הנם גי (geħ ħinnom, “wied Ħinnom”); Grieg, γέεννα (geenna); Latin, gehenna

Il-​kelma “Geħenna” tfisser “wied Ħinnom,” għax hi l-​forma Griega tal-​kelma Ebrajka geħ ħinnom. F’​Ġoż 18:16, fejn tidher il-​frażi “wied Ħinnom,” is-​Settanta Griega tittraduċiha bħala “Geħenna.” Din il-​kelma tidher 12-il darba fl-​Iskrittura Griega Kristjana, u tidher l-​ewwel darba f’​Mt 5:22. It-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida tittraduċiha “Geħenna” kulfejn tidher, jiġifieri, f’​Mt 5:22, 29, 30; 10:28; 18:9; 23:15, 33; Mk 9:43, 45, 47; Lq 12:5; Ġk 3:6.

Il-wied taʼ Ħinnom kien sar il-​miżbla u l-​post fejn kien jinħaraq l-​iskart taʼ Ġerusalemm. Iġsma t’annimali mejtin kienu jintefgħu fih biex jinqerdu fin-​nirien li magħhom kien jiżdied il-​kubrit biex in-​nar jaqbad iktar. Fih kienu jintefgħu wkoll l-​iġsma taʼ kriminali li jkunu nqatlu u li ma kinux jitqiesu li tixirqilhom difna deċenti f’qabar tat-​tifkira. Jekk dawn l-​iġsma mejtin kienu jaqgħu fin-​nar kienu jispiċċaw fix-​xejn, imma jekk kienu jaqgħu fuq xi xifer taʼ l-​irdum għoli kienu jintnu u jimtlew bid-​dud li ma kienx imut qabel ma jkun kiel laħamhom u ħalla biss l-​iskeletri.

F’Geħenna ma kinux jintefgħu annimali jew ħlejjaq umani ħajjin biex jinħarqu ħajjin jew jiġu turmentati. Għaldaqstant, il-​post qatt ma jistaʼ jissimbolizza xi reġjun inviżibbli fejn l-​erwieħ umani jiġu turmentati għal dejjem f’nar letterali jew attakkati għal dejjem minn dud li ma jmutx. Peress li l-​kriminali mejtin li kienu jiġu mitfugħin hemmhekk kienu mċaħħdin minn difna deċenti f’qabar tat-​tifkira, li hu s-​simbolu tat-​tama taʼ l-​irxoxt, Geħenna ntużat minn Ġesù u d-​dixxipli tiegħu biex tissimbolizza l-​qerda għal dejjem, qerda totali mill-​univers t’Alla, jew “it-​tieni mewt,” kastig għall-​eternità.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja