LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • sgd pp. 34-35
  • 5 Il-messaġġ tal-Bibbja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 5 Il-messaġġ tal-Bibbja
  • Gwida għall-istudju tal-Kelma t’Alla
  • Sottitli
  • Wara s-​sena 4026 QK
  • Is-​sena 1943 QK
  • Wara s-​sena 1070 QK
  • Is-​sena 29 WK
  • Is-​sena 33 WK
  • Madwar is-​sena 1914 WK
  • Il-​futur
Gwida għall-istudju tal-Kelma t’Alla
sgd pp. 34-35

5

Il-​messaġġ tal-​Bibbja

Edizzjoni Stampata

Alla Ġeħova għandu d-​dritt li jsaltan. Ħadd ma jsaltan aħjar minnu. L-​iskop tiegħu għall-​art u għall-​umanità se jitwettaq.

Adam u Eva b’serp fuq rashom

Wara s-​sena 4026 QK

“Is-​serp” iqajjem dubji dwar id-​dritt taʼ Ġeħova li jsaltan u l-​mod kif isaltan. Ġeħova jwiegħed li jqajjem ‘nisel,’ jew “żerriegħa,” li eventwalment se jisħaq lis-​serp, Satana. (Ġenesi 3:1-​5, 15, nota taʼ taħt) Però, Ġeħova jagħti ċans lill-​bnedmin imexxu lilhom infushom taħt l-​influwenza tas-​serp.

Abraham jismaʼ l-wegħda t’Alla

Is-​sena 1943 QK

Ġeħova jgħid lil Abraham li n-​‘nisel’ imwiegħed se jkun wieħed mid-​dixxendenti tiegħu.—Ġenesi 22:18.

Is-Sultan David

Wara s-​sena 1070 QK

Ġeħova jaċċerta lis-​Sultan David u iktar tard lil ibnu Salamun li n-​‘nisel’ imwiegħed kien se jiġi mill-​familja tagħhom.—2 Samwel 7:12, 16; 1 Slaten 9:3-​5; Isaija 9:6, 7.

Ġesù meta tgħammed

Is-​sena 29 WK

Ġeħova jidentifika lil Ġesù bħala n-​‘nisel’ imwiegħed li hu l-​Werriet tat-​tron taʼ David.—Galatin 3:16; Luqa 1:31-​33; 3:21, 22.

Ġesù meta kien qed imut

Is-​sena 33 WK

Is-​serp, Satana, iweġġaʼ temporanjament lin-​‘nisel’ imwiegħed billi joqtol lil Ġesù. Ġeħova jirxoxta lil Ġesù għal ħajja fis-​sema u jaċċetta l-​valur tal-​ħajja perfetta tiegħu. Dan jipprovdi l-​bażi biex jinħafru d-​dnubiet u biex id-​dixxendenti t’Adam igawdu ħajja taʼ dejjem.—Ġenesi 3:15; Atti 2:32-​36; 1 Korintin 15:21, 22.

Is-serp, Satana, qed jiġi mitfugħ lejn l-art bħalma ġie mwiegħed f’Rivelazzjoni

Madwar is-​sena 1914 WK

Ġesù jwaddab lis-​serp, Satana, lejn l-​art u jżommu hemm għal perijodu qasir.—Rivelazzjoni 12:7-​9, 12.

Ġesù qed isaltan fuq l-art mit-tron tiegħu fis-sema bħalma ġie mwiegħed f’Rivelazzjoni

Il-​futur

Ġesù se jaqfel lil Satana għal 1,000 sena u mbagħad jeqirdu, billi b’mod simboliku jisħaqlu rasu. L-​iskop oriġinali taʼ Ġeħova għall-​art u l-​umanità jkun twettaq, ismu jkun ġie mnaddaf minn kull tmaqdir, u jkun wera b’mod ċar li għandu d-​dritt li jsaltan.—Rivelazzjoni 20:1-​3, 10; 21:3, 4.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja