Is-“sebaʼ Għeġubijiet T’għajb Għad-dinja”
JINGĦAD li Mohandas Gandhi fassal lista taʼ dawk li hu sejħilhom is-“Sebaʼ Għeġubijiet T’Għajb Għad-Dinja.” Dawn huma:
• Flus mingħajr xogħol
• Pjaċir mingħajr kuxjenza
• Għarfien mingħajr karattru
• Kummerċ mingħajr moralità
• Xjenza mingħajr umanità
• Qima mingħajr sagrifiċċju
• Politika mingħajr prinċipju
Neputih Arun Gandhi jingħad li żied it-tmien wieħed:
• Drittijiet mingħajr responsabbiltajiet
Forsi int tistaʼ żżid xi ftit oħrajn, imma din il-lista żgur li ġġagħlek taħseb. It-tweġiba tal-Bibbja għal dawn l-“għeġubijiet t’għajb” tinġabar fil-qosor f’żewġ kmandamenti: “‘Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu.’ Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed. U it-tieni jixbhu: ‘Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.’ Dawn iż-żewġ kmandamenti huma l-qofol tal-Liġi kollha u tal-Profeti.”—Mattew 22:37-40.
[Sors tal-Istampa fʼpaġna 20]
UPI/Corbis-Bettmann