LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g99 4/8 p. 31
  • Il-​Bifokali Min Kellu L-​ewwel Par?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-​Bifokali Min Kellu L-​ewwel Par?
  • Stenbaħ!—1999
  • Materjal Simili
  • Ġliba Ħut
    Stenbaħ!—2012
  • Il-Pixxi San Pietru
    Stenbaħ!—2002
Stenbaħ!—1999
g99 4/8 p. 31

Il-​Bifokali Min Kellu L-​ewwel Par?

Żewġ sekli ilu, Benjamin Franklin qabad żewġ nuċċalijiet, wieħed għall-​bogħod u wieħed għall-​viċin, u qasamhom it-​tnejn min-​nofs orizzontalment. Imbagħad, ġo l-​istess frejms, poġġa n-​nofs taʼ fuq tal-​lentijiet tal-​bogħod fuq in-​nofs taʼ isfel tal-​lentijiet tal-​viċin, u hemm huma, l-​ewwel par lenti bifokali!

Illum, it-​teknoloġija avanzata għamlitha possibbli li jsiru lentijiet bifokali minn ħġieġa waħda, b’tondjaturi taʼ vista differenti fil-​partijiet taʼ fuq u taʼ isfel. U jeżistu saħansitra contact lenses bifokali. Imma kont taf li ħafna qabel ma x-​xjenza ottika żviluppat il-​lentijiet bifokali, kien hemm ħuta taʼ l-​ilma ħelu mhix daqshekk magħrufa li diġà kienet qed tuża l-​bifokali ‘taʼ l-​aħħar moda’?

Din il-​ħuta twila pied, li x-​xjenzati jsejħulha Anableps, tistaʼ ssibha fl-​ilmijiet li min-​nofsinhar tal-​Messiku jibqgħu sejrin san-​naħa taʼ fuq taʼ l-​Amerka t’Isfel. Minn denbha sa garġiha m’għandha xejn speċjali, imma minn garġiha ’l fuq, iġġiblek għajnejk wara widnejk.

Mad-daqqa t’għajn dan il-​ħut jidher li għandu erbaʼ għajnejn​—par iħares ’il fuq u par iħares ’l isfel—​u minħabba f’hekk in-​nies isejħulu l-​ħut t’erbaʼ għajnejn. Imma għajnejk ikunu qed iqarrqu bik. Il-​ħut għandu żewġ għajnejn kbar u tondi, imma kull għajn hi maqsuma orizzontalment f’żewġ partijiet permezz taʼ strixxa ġilda. Peress li dan il-​ħut jgħum maʼ wiċċ l-​ilma, in-​nofsijiet taʼ fuq t’għajnejhom huma bħal periskopji li joħorġu minn ġo l-​ilma u jiflu s-​sema, waqt li l-​partijiet taʼ isfel jibqgħu mgħaddsin u jħarsu taħt l-​ilma. B’dan il-​mod, il-​ħuta t’erbaʼ għajnejn tfittex għall-​ikel taħt l-​ilma u fl-​istess ħin toqgħod attenta b’par għajnejn daqsiex għal xi tajr taʼ l-​ilma bil-​ġuħ li għandu mnejn ikun qed jittajjar fuq l-​ilma.

Madankollu, biex tara taħt l-​ilma, il-​ħuta għandha bżonn lenti eħxen minn dik li biha tara mill-​arja. Kif tissolva din il-​problema? Permezz tal-​bifokali! Kull għajn għandha lenti waħda sħiħa taʼ forma ovali li n-​naħa taʼ isfel tagħha hija eħxen minn dik taʼ fuq. Għalhekk, kulma tara taħt l-​ilma tarah minn ġol-​parti l-​ħoxna tal-​lenti, waqt li l-​parti taʼ fuq, li hija iktar ċatta, tispezzjona s-​sema.

Imma l-​vista taʼ bi tnejn tal-​ħut tkun ċara biss sakemm il-​lentijiet jibqgħu ndaf. Kif inaddfuhom il-​lentijiet tagħhom? Kulmeta dawn jinxfu, il-​ħut sempliċement jgħaddas rasu taħt l-​ilma u jerġaʼ jixref b’lentijiet bifokali brillanti mill-​ġdid. Dawk il-​lentijiet ileqqu ċertament jirriflettu l-​għerf tal-​Ħallieq tagħhom!

[Sorsi tal-Istampi f’paġna 31]

 Pittura taʼ Charles Willson Peale/Dictionary of American Portraits/Dover

©Dr. Paul A. Zahl, The National Audubon Society Collection/PR

©William E. Townsend, Jr., The National Audubon Society Collection/PR

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja