Dan Jistaʼ Jtejjeb Il-ħajja
Tal-familja Tiegħek
OMM t’erbat itfal t’etajiet bejn it-12 u t-22 sena kitbet: “Naf li se jkun hemm ħafna familji li jkunu jixtiequ li jistgħu jerġgħu jibdew mill-ġdid billi jużaw l-għajnuna li jagħti dan il-ktieb.” Hi kienet qed tirreferi għall-ktieb Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja.
Din l-omm taʼ 49 sena minn New Zealand qalet dan dwar il-ktieb: “Verament miktub b’mod li jidħol fil-fond ħafna u b’fehma tajba taʼ l-affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-familja.”
Il-ktieb Hena Fil-Familja jistgħu jibbenefikaw minnu l-membri kollha tal-familja—irġiel u nisa miżżewġin, ġenituri, tfal, nanniet—iva, kulħadd. Fost il-kapitli istruttivi tiegħu nsibu “Nippreparaw Għal Żwieġ Li Jirnexxi,” “Kif Tistaʼ Timmaniġġa Dar?,” “Int Tistaʼ Tegħleb Problemi Li Jagħmlu Ħsara Lill-Familja,” u “Nikbru Fl-Età Flimkien.”
Biex tikseb il-kopja tiegħek, jekk jogħġbok imla u ibgħat il-kupun t’hawn taħt. Se tikseb suġġerimenti speċifiċi li jistgħu jgħinuk issolvi l-problemi u tagħmel il-ħajja tal-familja tiegħek waħda t’għaxqa kif riedha tkun il-Ħallieq.
□ Ibagħtuli l-ktieb Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja.
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar b’xejn.