LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g99 7/8 p. 31
  • Tħassib Rigward Demm kontaminat

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tħassib Rigward Demm kontaminat
  • Stenbaħ!—1999
  • Materjal Simili
  • Trasfużjonijiet tad-Demm-Kemm Huma bla Periklu?
    Id-Demm Kif Jista’ Jsalvalek Ħajtek?
  • Insalvaw il-Ħajja bid-Demm—Kif?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Mistoqsijiet għall-Istudju tal-Browxer Id-Demm Kif Jistaʼ Jsalvalek Ħajtek?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Id-Demm–Vitali għall-Ħajja
    Id-Demm Kif Jista’ Jsalvalek Ħajtek?
Stenbaħ!—1999
g99 7/8 p. 31

Tħassib Rigward Demm kontaminat

META Demetrio Pessoa, bijokimiku mill-​Bolivja, inqalgħulu xi komplikazzjonijiet wara operazzjoni li kien għamel, ittieħed malajr fi klinika. Hemmhekk ngħata trasfużjoni tad-​demm, u s-​sitwazzjoni tiegħu saret stabbli. Madankollu, f’qasir żmien, il-​bijokimiku telagħlu d-​deni. Wara li eżaminawh, it-​tobba qalulu l-​aħbar ħażina: Is-​Sur Pessoa kien ngħata demm kontaminat bil-​parassita Trypanosoma cruzi. B’konsegwenza taʼ dan, kien safa vittma tal-​marda taʼ Chagas.

Il-każ tas-​Sur Pessoa m’huwiex xi eċċezzjoni fil-​Bolivja, tosserva Panos, aġenzija taʼ l-​aħbarijiet li għandha l-​bażi tagħha f’Londra. Studju mediku fit-​tul li sar fi 12-il pajjiż fl-​Amerka Latina juri li f’dik il-​parti tad-​dinja, l-​infezzjonijiet kaġunati minn demm kontaminat huma xi ħaġa taʼ kuljum. F’pajjiż wieħed fl-​Amerka Latina, minn kull 10,000 pazjent li ngħata trasfużjoni tad-​demm, 220 laqqtu marda li tittieħed. Dan ifisser li 1 minn kull 45 persuna li ngħataw trasfużjoni tad-​demm safaʼ vittma!

Iżda l-​marda taʼ Chagas m’hijiex l-​unika theddida li hemm. Dan l-​istess studju juri li diversi pajjiżi taʼ l-​Amerka Latina ma ttestjawx id-​demm għall-​epatite Ċ, u li f’xi pajjiżi t-​testijiet għas-​sifilide kienu jsiru biss kultant. Iktar minn hekk, għadd taʼ pajjiżi ma kellhomx biżżejjed apparat biex jittestjaw id-​demm għall-​HIV. Meta kien qed jitkellem dwar id-​demm kontaminat, il-​ministru tas-​saħħa Bolivjan, Tonchi Marinkovic, qal: “Alla eħlisna minn xi emerġenza, għaliex nistgħu nispiċċaw b’xi kriżi medika taʼ sifilide, epatite, il-​marda taʼ Chagas jew l-​AIDS.”

Bla ma kien jaf, dan l-​uffiċjal tal-​gvern kien qed jindika d-​direzzjoni t-​tajba biex tiġi mwaqqfa din il-​kriżi medika li kienet taʼ theddida. Xi snin ilu, il-​ġurnal Notícias Bolivianas għamel din l-​osservazzjoni f’artiklu dwar ir-​riskji tat-​trasfużjonijiet tad-​demm: “Huwa rakkomandat li wieħed jastjeni mid-​demm, fi qbil mal-​kmandament Bibliku.” Il-​kmand Bibliku li qed jirreferi għalih dan il-​ġurnal Bolivjan jinsab f’Atti 15:29. Dan jgħid: ‘Tbiegħdu mill-​ikel issagrifikat lill-​idoli, mid-​demm, mil-​laħam taʼ l-​annimali fgati u miż-​żwieġ ħażin. Tagħmlu tajjeb jekk tħarsu rwieħkom minn dawn.’​—Ara wkoll Ġenesi 9:4; Levitiku 3:17.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja