LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g99 8/8 p. 15
  • it-​tkaxkira tar-​Reliġjon fil-​Britannja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • it-​tkaxkira tar-​Reliġjon fil-​Britannja
  • Stenbaħ!—1999
Stenbaħ!—1999
g99 8/8 p. 15

it-​tkaxkira tar-​Reliġjon fil-​Britannja

MINN KORRISPONDENT TAʼ STENBAĦ! FIL-​BRITANNJA

THE SUNDAY TIMES taʼ Londra rrapportat li kull ġimgħa 1,500 Britanniku qegħdin jabbandunaw il-​knejjes konvenzjonali. Mill-​1980 il-​Knisja Kattolika Rumana tilfet 600,000 mill-​attendenza, u l-​Knisja Anglikana​—li għadha titlef 600 membru kull ġimgħa—​qed ikollha inqas minn miljun għall-​funzjonijiet reliġjużi tagħha, inqas minn nofs in-​numru taʼ dawk li kienu jattendu 50 sena ilu. Madwar 500 membru tal-​kleru tal-​Knisja Anglikana telqu wara d-​deċiżjoni tas-​Sinodu Ġenerali taʼ l-​1992 li jistgħu jiġu ordnati saċerdoti nisa.

Ħafna minn dawk li telqu l-​knejjes taʼ spiss iħossuhom irrabjati u diżappuntati li ħadd ma pprova jżommhom milli jitilqu jew ġera warajhom biex jara x’jistaʼ jsir biex jgħinhom ladarba jkunu telqu, irrapportat The Times. Il-​gazzetta osservat li xi wħud “qalu li l-​Knisja ma rnexxilhiex issir parti minn ħajjithom.”

Is-soċjetà Britannika hija sostnuta “minn provvista taʼ kapital spiritwali u morali li dejjem qed jonqos,” jgħid il-​kardinal Basil Hume, l-​arċisqof Kattoliku Ruman taʼ Westminster. X’ġiegħel din in-​nixfa? “Ġuħ għall-​Kelma t’Alla,” skond it-​titlu tal-​Catholic Herald. Din stqarret: “Fil-​Quddies jinqrawlna xi biċċiet mit-​Testment il-​Qadim u l-​Ġdid, imma rarament, jekk qatt, jingħata l-​kuntest tagħhom. . . . Il-​ħajjiet tal-​qaddisin u kotba varji għal riflessjoni spiritwali huma tajbin, imma m’humiex addattati biex ikunu ċ-​ċavetta biex tinftiehem l-​Iskrittura.” Dan l-​artiklu kkonkluda li “preżentazzjoni biblika moderna, b’mira pastorali” hija nieqsa.

F’ittra lil Boston Target taʼ Lincolnshire, wieħed qarrej qal: “In-​nies qed jitilfu l-​fidi tagħhom fir-​reliġjonijiet . . . Dawn il-​qassisin xi jkunu qed jagħmlu matul il-​ġurnata? Żgur li ma joħorġux jiltaqgħu man-​nies bħalma għamel Kristu . . . L-​unika reliġjon li mid-​dehra tagħti kas hija dik tax-​Xhieda taʼ Jehovah, li joħorġu u jiltaqgħu man-​nies u huma ġenwinament involuti f’li jippridkaw il-​verità​—huma jistidnuk biex tmur għal-​laqgħat tagħhom u jitkellmu u jagħmlu xi ħaġa dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmu maʼ l-​ambjent. Jien m’iniex wieħed mix-​[Xhieda], imma lil dawn in-​nies nirrispettahom u noqgħod nismagħhom.”

Qatt attendejt għal-​laqgħat li jsiru fis-​Sala tas-​Saltna tal-​lokalità tiegħek? Hemm se ssib tagħlim li huwa kemm stimulanti kif ukoll t’għajnuna. Tixtieq li jkollok il-​mistoqsijiet Bibliċi tiegħek imwieġba? Is-​sena l-​oħra, f’233 pajjiż, ix-​Xhieda taʼ Jehovah ddedikaw elf miljun siegħa mill-​ħin tagħhom b’xejn biex jgħinu lin-​nies jifhmu l-​Bibbja, billi kkonduċew iktar minn erbaʼ miljun studju tal-​Bibbja fid-​djar. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah jħarsu lejn din l-​attività edukattiva tal-​Bibbja bħala l-​iktar xogħol importanti li qed isir bħalissa. Nistidnuk biex issir taf għala.​—Mattew 24:14; 28:​19, 20.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja