LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g99 8/8 p. 32
  • Pubblikazzjoni Bi Skop

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Pubblikazzjoni Bi Skop
  • Stenbaħ!—1999
Stenbaħ!—1999
g99 8/8 p. 32

Pubblikazzjoni Bi Skop

PRINĊIPAL taʼ librerija pubblika fi Praga, fir-​Repubblika Ċeka, wiżen bir-​reqqa r-​rivista Stenbaħ! u poġġa l-​konklużjonijiet tiegħu f’żewġ paġni fuq tabella taʼ tagħrif fil-​librerija. Fost l-​affarijiet li kiteb kien hemm dan li ġej:

“Jien m’iniex wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah. M’iniex xi wieħed li nappoġġahom b’mod devot u lanqas, mill-​banda l-​oħra, ma jien xi opponent ferventi tal-​Watch Tower Society. Minkejja dan, ma nistaʼ nagħmel xejn ħlief li nirrikkmanda kordjalment ir-​rivista Stenbaħ!, li issa ili naqraha għal xi ftit taż-​żmien. Jekk biss biss taqra t-​titlu tagħha kuljum ukoll jagħmillek tajjeb ħafna. Madankollu, mhux biss it-​titlu imma wkoll il-​kontenut minnu nnifsu taʼ din ir-​rivista huma taʼ suppliment tajjeb għar-​rivisti kummerċjali . . .

“Stenbaħ! għandu konċett maħsub sew. Joffri artikli fuq suġġetti li rivisti oħrajn ma jippubblikawhomx għal diversi raġunijiet. Jipponta lejn l-​implikazzjonijiet, jeduka fil-​kuxjenza globali . . . Stenbaħ! ma jiġġudikax. Joffri fatti u l-​ħarsiet taʼ l-​awtoritajiet, juri l-​lat pożittiv kif ukoll dak negattiv, jikkonfronta problemi kurrenti bi kwotazzjonijiet mill-​Bibbja, u jħalli lill-​qarrej jiġġudika għalih innifsu. Iktar minn hekk, Stenbaħ! isaqsi​—u jgħallem lill-​qarrejja biex isaqsu—​mistoqsijiet.”

F’paġna 4 taʼ kull rivista, is-​sezzjoni “Għala Stenbaħ! Huwa Pubblikat” tispjega: “L-​iktar importanti, din ir-​rivista tibni fiduċja fil-​wegħda tal-​Ħallieq għal dinja ġdida mimlija paċi u sigurtà li dalwaqt se tieħu post is-​sistema preżenti t’affarijiet li hija mill-​agħar u mingħajr liġi.”

Int se ssib din il-​wegħda t’Alla diskussa fl-​aħħar żewġ sezzjonijiet tal-​browxer bi 32 paġna X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja?​—Kif Tistaʼ Ssibu? Dawn is-​sezzjonijiet huma intitolati “L-​Iskop t’Alla Dalwaqt se jiġi Rrealizzat” u “Għix għal Dejjem f’Ġenna tal-​Art.” Tistaʼ tirċievi dan il-​browxer billi timla u tibgħat il-​kupun mehmuż lill-​indirizz muri fuq il-​kupun jew f’indirizz li japplika għalik imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Ibagħtuli kopja tal-​browxer X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja?​—Kif Tistaʼ Ssibu?

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar b’xejn.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja