LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g99 9/8 p. 3
  • Il-​Ġeni, id-​DNA, u Int

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-​Ġeni, id-​DNA, u Int
  • Stenbaħ!—1999
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kif Ġie Solvut il-​Misteru
  • X’Hemm wara l-​Misteru tal-​Ħajja?
    Stenbaħ!—1999
  • Nittawlu Iktar fil-​Fond minn ġol-​Mikroskopju
    Stenbaħ!—1999
  • Iċ-ċelluli tiegħek—Libreriji ħajjin!
    Stenbaħ!—2015
  • Qis l-Evidenza
    Stenbaħ!—2012
Stenbaħ!—1999
g99 9/8 p. 3

Il-​Ġeni, id-​DNA, u Int

ĦARES ħarsa sewwa lejn ix-​xbieha tiegħek fil-​mera. Innota l-​kulur t’għajnejk, it-​tip taʼ xagħar li għandek, il-​lewn tal-​karnaġġjon tiegħek, u l-​forma taʼ ġismek. Aħseb dwar it-​talenti li għandek. Għala ġejt tidher kif int? Għala għandek dawn il-​karatteristiċi u t-​talenti? Illum il-​misteru qed jiġi ċċarat permezz taʼ fehma aħjar tal-​ġenetika​—l-​istudju taʼ l-​eredità—​u l-​effetti taʼ l-​ambjent.

‘Il-​ġenetika?’ għandek mnejn tilmenta. ‘Dak is-​suġġett jidher xjentifiku wisq u diffiċli ferm biex tifhmu!’ Madankollu, qatt għedt lil xi persuna li hi għandha għajnejha ħodor bħal taʼ missierha imma xagħarha aħmar u n-​nemex bħal t’ommha? Jekk iva, diġà taf fatt bażiku tal-​ġenetika—il-​ġenituri jgħaddu l-​karatteristiċi fiżiċi lit-​tfal. Barra minn hekk, dan il-​fatt jistaʼ jkun il-​bidu deċiżiv biex tifhem kif beda jeżisti l-​bniedem—jekk hux permezz taʼ l-​evoluzzjoni jew inkella ġiex maħluq. Biex nibdew, ejja naraw kif kull wieħed u waħda minna nippossiedu l-​wirt taʼ ħafna ġenerazzjonijiet.

Ġismek hu magħmul minn strutturi ċkejknin ħajjin li huma msejħin ċelluli—xi 100 biljun waħda, skond kalkolu wieħed li sar. F’kull ċellula, ġewwa n-​nukleu tagħha, hemm eluf taʼ ġeni. Dawn huma strutturi individwali taʼ l-​eredità li jikkontrollaw iċ-​ċellula, u għalhekk jiddeterminaw xi ftit mill-​karatteristiċi tiegħek. Ħafna ġeni jistgħu jiddeterminaw il-​grupp tad-​demm tiegħek; oħrajn, it-​tip taʼ xagħar li għandek, il-​kulur t’għajnejk, u nibqgħu sejrin. Għalhekk, kull ċellula għandha bluprint, jew kodiċi, ċkejken li hu magħmul mill-​ġeni, u li fih hemm l-​istruzzjonijiet kollha meħtieġa biex ġismek jifforma ruħu, jissewwa u jiffunzjona. (Ara l-​istampa f’paġna 5.) Jistaʼ jkun li dan kollu ġara b’kumbinazzjoni?

Kif Ġie Solvut il-​Misteru

It-​teorija li l-​karatteristiċi taʼ l-​individwu jintirtu permezz tad-​demm ġiet ivvintata minn Aristotele fir-​rabaʼ seklu Q.E.K. u kienet aċċettata b’mod ġenerali għal iktar minn elf sena. Din tant effettwat il-​mod taʼ kif kienu jaħsbuha dak iż-​żmien li bil-​Malti tismaʼ n-​nies jitkellmu dwar “aħwa mid-​demm,” u “rabta tad-​demm.”

Fis-seklu 17 ġew skoperti l-​bajda tal-​mara u l-​isperma tar-​raġel, imma l-​irwol attwali tagħhom ma kienx mifhum tajjeb. Xi wħud kienu jaħsbu li jew ġol-​bajda jew ġewwa l-​isperma kien hemm kreaturi ċkejknin ifformati għalkollox. Iżda sas-​seklu 18, xi riċerkaturi għarfu b’mod korrett li l-​bajda u l-​isperma jingħaqdu flimkien biex jifformaw embriju. Minkejja dan, kienu għadhom iridu jsibu spjegazzjoni eżatta għall-​eredità.

Kien biss fl-​1866 li patri Awstrijak bl-​isem taʼ Gregor Mendel ippubblika l-​ewwel teorija korretta dwar l-​eredità. Mill-​esperimenti tiegħu bil-​piżelli, Mendel skopra dawk li hu sejħilhom “elementi ereditarji distinti” moħbijin fiċ-​ċelluli li jindikaw is-​sess, u sostna li kienu dawn li jgħaddu l-​karatteristiċi minn ġenerazzjoni għall-​oħra. Dawn l-​“elementi ereditarji distinti” issa nsejħulhom ġeni.

Madwar is-​sena 1910, instab li l-​ġeni jinsabu fuq strutturi ċellulari msejħin kromosomi. Il-​kromosomi jikkonsistu primarjament fi proteini u DNA (deoxyribonucleic acid). Ladarba x-​xjenzati diġà kienu jafu dwar l-​irwol importanti li għandhom il-​proteini f’funzjonijiet oħrajn taċ-​ċelluli, għal ħafna snin huma assumew li l-​proteini tal-​kromosomi jġorru informazzjoni ġenetika. Imbagħad, fl-​1944, xi riċerkaturi ppreżentaw l-​ewwel prova li l-​ġeni jikkonsistu f’DNA, u mhux fi proteini.

Fl-1953, meta James Watson u Francis Crick skoprew l-​istruttura kimika tad-​DNA, molekuli donnhom ħjut imkebbin ċrieki ċrieki, il-​bniedem kien għamel pass taʼ ġgant f’li jsolvi l-​misteru tal-​ħajja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja