“Ma Jiddispjaċini Xejn”
“Jien inħobb naqra l-gazzetti, ir-rumanzi kif ukoll il-poeżiji, imma qatt ma kont interessat li naqra Stenbaħ!” jikteb wieħed min-naħa taʼ fuq tal-Brażil. “Kull meta kont nara lix-Xhieda taʼ Jehovah ġejjin, kont nagħlaq il-bieb taʼ l-appartament modest tiegħi u ma nagħmel l-ebda ħoss biex ma jissuspettawx li qiegħed id-dar. Meta kont inkellimhom, kont nagħmel dan sabiex nieħu r-rivisti malajr u nitfagħhom xi mkien mingħajr ma naqrahom.
“Darba waħda ma kelli xejn x’naqra u qbadt l-Awake! tat-22 taʼ Settembru, 1997, li fuq il-faċċata kellu t-titlu ‘Beware of Swindlers!’ (Attenti mill-Imbroljuni!) Laqatni ħafna l-mod ċar li bih ġie preżentat it-tagħrif u t-tagħlim li kien fih. Mingħajr dewmien, qbadt infittex il-kopji kollha li kont iddobbajt fil-passat u li kelli jiġru ’l hawn u ’l hemm fid-dar. Imbagħad ikkuntattjajt lil wieħed mix-Xhieda taʼ Jehovah u abbonajt fi Stenbaħ! Issa ili tmien xhur nirċievi u naqra din ir-rivista, u ma jiddispjaċini xejn.”
Kif forsi tistaʼ tobsor, ix-Xhieda taʼ Jehovah jipproduċu pubblikazzjonijiet oħrajn li jiffokaw fuq suġġetti li ħafna nies jixtiequ jsiru jafu iktar dwarhom. Ħafna jistaqsu: “Veru li Alla jimpurtah mill-bnedmin? Jekk inhu hekk, għala jħallina nsofru? Is-sofferenza qatt se tintemm?” Dawn il-mistoqsijiet jitwieġbu fil-browxer taʼ 32 paġna Veru li Alla Jimpurtah Minna? Int tistaʼ tikseb kopja billi timla u timposta l-kupun t’hawn taħt fl-indirizz provdut fuq il-kupun jew fl-indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Ibagħtuli kopja tal-browxer Veru li Alla Jimpurtah Minna? Indika b’liema lingwa.
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.