LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 8/8 p. 20
  • Għanja li Ma Nsietha Qatt

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għanja li Ma Nsietha Qatt
  • Stenbaħ!—2000
  • Materjal Simili
  • Kif Ipprovajt Nieħu Deċiżjonijiet Għaqlin
    Stenbaħ!—2000
  • Faħħar lil Ġeħova mill-qalb bil-kant
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
  • Ġeħova, is-saħħa tagħna
    Kanta mill-qalb lil Ġeħova
  • Ġeħova, is-Saħħa Tagħna
    Għannu lil Ġeħova
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2000
g00 8/8 p. 20

Għanja li Ma Nsietha Qatt

“L-​ISKOLA kont inkanta innu bil-​kliem, ‘il-​kbir Jehovah qiegħed fuq it-​tron fil-​glorja tiegħu.’ Taʼ spiss kont inberren, ‘Min hu dan Jehovah?’”

Hekk qalet Gwen Gooch, waħda mix-​Xhieda taʼ Jehovah li l-​esperjenza tagħha dehret f’It-Torri taʼ l-​Għassa.a Kien hemm minn taʼ l-​inqas qarrejja waħda li malli qrat dan il-​kliem, ftakret f’xi ħaġa simili li kienet ġratilha. Vera, li toqgħod Seattle f’Washington, l-​Istati Uniti, tiftakar li għaddiet mill-​istess esperjenza meta kienet l-​iskola.

Bħal Gwen, Vera semgħet għanja partikulari li qajmitilha kurżità kbira dwar min setaʼ kien dan Jehovah. Vera qatgħet il-​kurżità fl-​1949 meta ħuha qalilha għall-​ewwel darba dwar Jehovah, l-​isem persunali t’Alla fil-​Bibbja.

Vera issa ilha Xhud taʼ Jehovah għal madwar nofs seklu. Imma qatt ma nsietu dak l-​innu li kienet tkanta meta kienet l-​iskola. Hi tgħid, “Għal snin sħaħ, ipprovajt nara minfejn kien ġej.” Fl-​aħħar, permezz t’għajnuna li sabet f’ħanut tad-​diski, irnexxielha tiskopri minfejn. L-​għanja kienet minn kompożizzjoni taʼ l-​1825 taʼ Franz Schubert. Il-​kliem li jakkumpanja l-​mużika tassew ifaħħar lil Jehovah. Per eżempju, fil-​lirika taʼ dan l-​innu nsibu dawn il-​partijiet:

“Kbir hu Jehovah, il-​Mulej! għax is-​Smewwiet u l-​Art ixandru s-​setgħa taʼ l-​għaġeb tiegħu. . . . Tismagħha fil-​maltemp kiefer u qalil, fit-​tkarwit tas-​sejħa mregħda taʼ nixxiegħa . . . Tismagħha fit-​tħaxwix taʼ l-​imsaġar u l-​foresti, taraha fil-​qamħ dehbi jixxejjer mar-​riħ, fil-​fjur ifuħ mogħni b’kull lewn, fil-​kwiekeb li jimlew l-​ikħal tas-​Smewwiet kollha. . . Il-​biżaʼ jidwi fit-​tkarwita tar-​ragħda, u fjammi mis-​sajjetti Tiegħu bħal vleġeġ fis-​sema. Imma t-​taħbit taʼ qalbek, bil-​wisq akbar, għadu jxandar il-​qawwa taʼ Jehovah, . . . il-​Mulej Alla taʼ dejjem. Ħarstek itfaʼ Fuqu fl-​Għoli, u għall-​grazzja u l-​ħniena ttama. . . . Kbir hu Jehovah, il-​Mulej!”

Vera tinnota hekk: “Xi drabi nuża l-​kliem taʼ din l-​għanja biex nuri lin-​nies li fis-​seklu 19 kien hemm min kien jaf l-​isem t’Alla u kien ifaħħru wkoll.” Li nistgħu ngħidu hu li minn żmien twil ilu rġiel u nisa taʼ fidi tqanqlu biex ifaħħru lil Jehovah bl-​għanjiet. Din hija xi ħaġa li se tibqaʼ sejra għal dejjem, għax ir-​raġunijiet li hemm biex infaħħru lill-​Ħallieq tas-​sema u l-​art ma jintemmu qatt.

[Nota taʼ taħt]

a Ara It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Marzu, 1998.

[Stampa f’paġna 20]

Vera

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja