LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 7/8 p. 25
  • “Katavru” Jieħu l-Ħajja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Katavru” Jieħu l-Ħajja
  • Stenbaħ!—2000
  • Materjal Simili
  • Periklu—Pjanti Qattiela!
    Stenbaħ!—2004
  • Il-​Warda tal-​Passjoni kif Ħadet Isimha?
    Stenbaħ!—1999
Stenbaħ!—2000
g00 7/8 p. 25

“Katavru” Jieħu l-​Ħajja

Minn korrispondent taʼ Stenbaħ! fl-​INDONEŻJA

NHAR is-​17 taʼ Lulju, 1997, sar avviż mhux tas-​soltu fl-​aħbarijiet nazzjonali taʼ fil-​għaxija fl-​Indoneżja. Waħda mill-​akbar pjanti bil-​fjuri fid-​dinja kienet warrdet. Għala s-​sempliċi fatt li pjanta warrdet kien jistħoqqlu jissemma fl-​aħbarijiet taʼ fil-​għaxija? Għaliex din il-​pjanta hi differenti—tistaʼ twarrad biss għal xi jumejn jew tlett ijiem u fl-​40 sena li ddum ħajja dan tagħmlu tliet darbiet jew erbgħa. Wara l-​avviż l-​għadd taʼ wħud li marru jżuru l-​Ġnien Botaniku taʼ Bogor, fejn hemm din il-​pjanta, żdied b’ħamsin fil-​mija. Fil-​fatt, f’ġurnata waħda iktar minn 20,000 ruħ marru jaraw din il-​pjanta!

L-isem botaniku sħiħ taʼ din il-​pjanta hu Amorphophallus titanum. Xi wħud isejħulha titan arum għall-​qosor, imma l-​biċċa l-​kbira taʼ l-​Indoneżjani jsejħulha l-​fjura katavru peress li r-​riħa li tħalli meta tibda twarrad tfakkarhom fir-​riħa taʼ ħuta tinten jew taʼ ġurdien mejjet. Ir-​riħa tinten tavża lin-​naħal, li jkunu qed ifittxu t-​trab tad-​dakkir, li din il-​pjanta għamlet il-​fjuri.

Minbarra din ir-​riħa speċjali, ħaġa oħra li tagħmel lit-​titan arum unika hija d-​daqs tagħha. Il-​pjanta matura hija itwal minn kulħadd ħlief minn min hu twil esaġerat. Pjanta minnhom fil-​Ġnien Botaniku taʼ Bogor laħqet it-​tul taʼ 2.5 metri. Din ħarġet minn werqa forma taʼ vażun kbir b’dijametru taʼ 2.6 metri. Din il-​pjanta ġganteska żviluppat minn basla li kienet tiżen kważi 100 kilo!

Minkejja d-​daqs enormi li tilħaq meta twarrad, it-​titan arum ma tistax tissejjaħ l-​akbar fjura fid-​dinja għax il-​pjanta fil-​fatt m’hijiex magħmula minn fjura waħda imma minn ħafna fjuri żgħar.

It-titan arum mhix ħlief eżempju ieħor li juri kemm hu veru l-​kliem tas-​salmista: “Bla għadd l-​għemejjel tiegħek, Mulej, Alla tiegħi; taʼ l-​għaġeb . . . għalina; ħadd ma jħabbatha miegħek!”—Salm 40:6 [40:5, NW].

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja