LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 8/8 pp. 9-30
  • Tafha T-Tweġiba?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tafha T-Tweġiba?
  • Stenbaħ!—2000
  • Sottitli
  • (It-tweġibiet għal dan il-​kwizz jistgħu jinstabu fil-​versi ċitati mill-​Bibbja, u l-​lista sħiħa taʼ tweġibiet hija stampata f’paġna 30. Għal iktar tagħrif, irreferi għall-​pubblikazzjoni “Insight on the Scriptures,” pubblikata mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.)
Stenbaħ!—2000
g00 8/8 pp. 9-30

Tafha T-​Tweġiba?

(It-tweġibiet għal dan il-​kwizz jistgħu jinstabu fil-​versi ċitati mill-​Bibbja, u l-​lista sħiħa taʼ tweġibiet hija stampata f’paġna 30. Għal iktar tagħrif, irreferi għall-​pubblikazzjoni “Insight on the Scriptures,” pubblikata mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.)

1. L-​appostlu Ġwanni lil min ra “f’nofs il-​kandelabri” jagħtih xi messaġġi għas-​sebaʼ kongregazzjonijiet? (Apokalissi 1:13)

2. Pawlu x’iwissi lil kull wieħed u waħda minna biex nagħmlu minflok ma nħallu ‘l-​ħażen jirbaħna’? (Rumani 12:21)

3. Ġesù x’ried jgħid meta qal: “Jekk xi ħadd iġagħlek timxi miegħu mil wieħed, mur miegħu tnejn”? (Mattew 5:41)

4. Skond il-​parir taʼ l-​appostlu Pietru, biex kellhom jiżżejnu n-​nisa Kristjani miżżewġin, minflok bid-​dafra tax-​xagħar u t-​tiżjin tad-​deheb? (1 Pietru 3:3, 4)

5. Isaija x’sejjaħlu lil Abraham, li kien ifisser li hu l-​missier uman tal-​ġens taʼ Iżrael? (Isaija 51:1)

6. Meta David kien fl-​għar taʼ Għadullam, u t-​tliet gwerriera ġabulu l-​ilma minn Betlehem, hu għala ma riedx jixorbu? (2 Samwel 23:15-17)

7. X’kienet qed tagħmel Batseba meta David raha għall-​ewwel darba? (2 Samwel 11:2)

8. Pawlu biex qal li kienu miktubin il-​qlub tal-​Kristjani Korintin, minflok bil-​linka? (2 Korintin 3:3)

9. Jehovah x’uża biex ineħħi l-​ġradijiet tat-​tmien kastig, biex b’hekk ma kienx baqaʼ ġrad wieħed fl-​Eġittu? (Eżodu 10:19)

10. Jehovah għala qatlu lil Sawl? (1 Kronaki 10:13)

11. Meta kien priġunier fi triqtu lejn Ruma, Pawlu f’liema belt, li kienet ukoll port, bidel il-​ġifen? (Atti 27:5)

12. Jehovah kif wera kemm kien jimpurtah mir-​romol u l-​iltiema f’Iżrael tal-​qedem? (Eżodu 22:21-23 [22:22-24, NW]; Dewteronomju 24:17-21)

13. Meta Ġuda tefaʼ l-​flus fit-​tempju u l-​qassisin xtraw l-​għalqa bihom, x’issemmiet imbagħad dik l-​għalqa? (Mattew 27:3-8; Atti 1:19)

14. Pietru għala ċanfru sew lil Xmun talli kien offra l-​flus biex tingħatalu s-​setgħa li jagħti l-​ispirtu qaddis lil oħrajn? (Atti 8:20, 21)

15. Sara kemm kellha żmien meta wildet lil Iżakk? (Ġenesi 17:17)

16. Meta kien hemm l-​għaks Elimelek u martu Nagħomi lejn liema pajjiż emigraw, fejn imbagħad binhom Maħlon iżżewweġ lil Rut? (Rut 1:1-4)

It-​Tweġibiet għall-​Kwizz

1. Ġesù Kristu, li Ġwanni ddeskrivieh bħala “wieħed qisu Iben taʼ bniedem”

2. “Irbaħ il-​ħażen bit-​tajjeb”

3. Kien qed juri l-​bżonn li wieħed jissottometti ruħu minn jeddu għal xi ħaġa leġittima li jintalab jagħmel

4. “Tiżjin li ma jitħassarx; hi l-​qalb ħelwa u twajba”

5. “Il-​blata mnejn inqtajtu”

6. Għax kien jirrappreżenta demmhom, li kienu ssograw biex imorru jġibuh

7. Tinħasel

8. “Bl-​ispirtu taʼ Alla l-​ħaj”

9. Riħ qawwi mill-​baħar ġarrhom għal Baħar il-​Qasab

10. Hu wera infedeltà lejn Jehovah billi ma segwiex l-​istruzzjonijiet tiegħu u billi mar għand min jeħber bil-​mejtin

11. Mira f’Liċja

12. Ħa ħsieb li jkollhom affarijiet materjali u ikel

13. Ħakeldama, jew “Għalqa tad-​Demm”

14. Wera li l-​motiv tiegħu kien ħażin, għax ried jixtri dan ‘id-​don t’Alla’ li kien b’xejn, u qalbu ‘ma kinitx sinċiera quddiem Alla’

15. Kellha 90 sena

16. Mowab

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja