Miljuni taʼ Nies Se Jmorru Int Sejjer?
Se jmorru fejn? Għall-mafkar annwali tal-mewt taʼ Ġesù Kristu. Fis-sena 2000, kien hemm total taʼ 14,872,086 ruħ li attendew madwar id-dinja.
Dawk li jattendu għala jmorru? Minħabba dak li tfisser il-mewt taʼ Kristu għall-umanità. Din tfisser serħan li se jseħħ dalwaqt mill-mard, mit-tbatija, u mill-mewt. Anki l-maħbubin mejtin se jiġu rxoxtati għall-ħajja fuq art magħmula ġenna.
Kif tistaʼ l-mewt taʼ Ġesù ġġib barkiet bħal dawn? Int mistieden biex issir taf. Ix-Xhieda taʼ Jehovah qed jistidnuk biex tingħaqad magħhom għal din il-ġrajja importanti.
Attendi fl-eqreb Sala tas-Saltna. Din is-sena d-data hi l-Ħadd, 8 t’April, wara nżul ix-xemx. Iċċekkja max-Xhieda lokali għall-ħin eżatt.