LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 9/8 p. 30
  • Mingħand il-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mingħand il-Qarrejja
  • Stenbaħ!—2001
  • Materjal Simili
  • Min Qed Jitkellem?
    Stenbaħ!—2001
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2004
  • Żommu “Ħabel bi Tlieta” fiż-Żwieġ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Saħħaħ iż-Żwieġ Tiegħek Permezz ta’ Komunikazzjoni Tajba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2001
g01 9/8 p. 30

Mingħand il-​Qarrejja

Żwiġijiet bla Mħabba Iż-​żwieġ tiegħi kien tilef kull sens taʼ direzzjoni. Kien qisu jien u żewġi ma konniex inħobbu lil xulxin imma konna biss qed nissaportu lil xulxin. Xi kultant kien jiġini l-​ħsieb biex nieħu d-​divorzju. Imma grazzi għas-​serje t’artikli “Nistgħu Nsalvaw iż-​Żwieġ Tagħna?” (8 taʼ Jannar, 2001), l-​imħabba taʼ bejnietna reġgħet ħadet il-​ħajja.

E. R., Spanja

Jien mara Kristjana miżżewġa, imma din l-​aħħar sena ż-​żwieġ tiegħi kien wieħed miżerabbli. Minħabba li jien u żewġi weġġgħajna ħafna lil xulxin, kien jidher impossibbli li r-​relazzjoni taʼ bejnietna titranġa. Imma meta qrajt dawn l-​artikli, kien qisu Jehovah qed jgħidli, ‘Taqtax qalbek!’ Jien tqanqalt biex nieħu passi pożittivi u nerġaʼ nkebbes dik l-​imħabba tenera li kellna lejn xulxin. Diġà qed inħoss li hemm xi riżultati. Se naqra dawn l-​artikli għal ħafna drabi.

N. H., Ġappun

M’ilux ħafna tgħammidt u tgħidx kemm kelli persekuzzjoni mingħand marti li mhix taʼ l-​istess twemmin. L-​artikli tagħkom għenuni nara kif nistaʼ nirnexxi fiż-​żwieġ tiegħi. Ma setgħux waslu fi żmien aħjar!

W. S., Awstralja

Ladarba għandi żwieġ hieni, jien bdejt naqra dawn l-​artikli bil-​ħsieb li dawn jistgħu jkunu taʼ għajnuna għal ħaddieħor. Imma mill-​ewwel ftit sentenzi indunajt li dawn l-​artikli kien fihom punti prattiċi li setgħu jsaħħu r-​rabta taż-​żwieġ tiegħi stess.

M. D., Italja

Oħt Kristjana fil-​kongregazzjoni tiegħi qaltli li kellha xi tgħid maʼ żewġha li m’huwiex taʼ l-​istess twemmin u li kienu sseparaw. Ftit taż-​żmien wara qaltli li s-​sitwazzjoni marret ħafna għall-​aħjar. Verament ħadet gost taqra dawn l-​artikli, u għenuha ferm biex issolvi l-​problema li kellha. Hi qalet li l-​kummenti dwar il-​komunikazzjoni kienu taʼ għajnuna b’mod partikulari. Hi u żewġha reġgħu qegħdin flimkien.

N. S., Kanada

Il-​Ventrilokwju Tħawwadt bl-​artiklu “Min Qed Jitkellem?” (8 taʼ Jannar, 2001) M’huwiex dan il-​mod li Satana uża biex iqarraq b’Eva? Il-​qerq u l-​ingann m’għandhomx ikunu parti mill-​ħajja taʼ Kristjan.

B. H., Stati Uniti

Kien x’kien il-​mod kif Satana qarraq b’Eva, ma setax kien permezz taʼ xi tip veru taʼ ventrilokwju, ladarba din is-​sengħa tinvolvi metodu speċifiku taʼ kif tieħu n-​nifs u tuża l-​vuċi u Satana huwa ħlejqa spirtu. M’hemm l-​ebda oġġezzjoni Skritturali biex tuża l-​ventrilokwju bħala mezz taʼ divertiment. Naturalment, ikun ħażin li tuża din is-​sengħa biex tqarraq b’xi ħadd b’mod malizzjuż jew biex tippromwovi prattiċi spiritistiċi, bħalma setgħu għamlu xi wħud fi żminijiet Bibliċi. (Isaija 8:19)​—ED.

Jien ukoll inħobb nuża l-​arti tal-​ventrilokwju u użajtha f’ħafna laqgħat soċjali Kristjani. Bħalma qal l-​artiklu, il-​widna mhix daqshekk kapaċi biex tagħraf minn liema direzzjoni ġejjin il-​ħsejjes. Imma, ħaġa taʼ l-​għaġeb, ma tistax tqarraq b’annimal b’din il-​ħaġa. Jekk nuża l-​pupu tiegħi biex inkellem lil kelb tiegħi, hu ma jħarisx lejn il-​pupu, imma lejja. Jehovah ta lill-​annimali widnejn li jisimgħu tajjeb ħafna.

L. R., Stati Uniti

Kelb bla Suf Jien għandi drawwa​—dejjem naqra dawk l-​artikli li ma tantx jinteressawni l-​ewwel. Ladarba jien ma jogħġbuniex il-​klieb, l-​ewwel artiklu li qrajt mill-​ħarġa tat-​8 taʼ Jannar kien “Qatt Rajt Xoloitzcuintli?” Sakemm wasalt fl-​aħħar taʼ dan l-​artiklu, kważi spiċċajt nixtieq wieħed minn dawn il-​klieb! Ovvjament, malajr ġejt f’sensija. Madankollu, irrid ngħid li fl-​erbgħin sena li ili naqra r-​rivisti tagħkom, qatt ma ħriġt diżappuntat. Ħafna drabi nispiċċa li jogħġbuni dawk l-​artikli li ħsibt li ma kinux se jogħġbuni.

D. W., Stati Uniti

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja