LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 2/8 p. 30
  • Mingħand il-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mingħand il-Qarrejja
  • Stenbaħ!—2002
  • Materjal Simili
  • Paġna Tnejn
    Stenbaħ!—2001
  • Pittura bil-Kliem
    Stenbaħ!—2001
  • Il-Baħrija Sabiħa
    Stenbaħ!—2001
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2002
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 2/8 p. 30

Mingħand il-​Qarrejja

Saħħa Tajba Il-​faraġ u l-​inkuraġġiment li ksibt mis-​serje “Saħħa Tajba għal Kulħadd—Jistaʼ Jkun?” (8 taʼ Ġunju, 2001) ma jistgħux jitkejlu. Jien inbati minn mard mentali, u fil-​passat kemm-il darba għaddieli minn moħħi li nagħmel suwiċidju. Jum wara l-​ieħor naħseb, ‘Kif se ngħaddih dan il-​jum?’ Din ir-​rivista fakkritni fil-​wegħda taʼ Jehovah f’Apokalissi 21:4 li ‘jixxotta kull demgħa minn għajnejna.’

C. T., Ġappun

Grazzi għall-​artikli eċċellenti tagħkom. Bħala tabib naturista prattikanti, jien inħares ’il quddiem lejn dak il-​jum meta mhux se jkun hawn mard. Dakinhar inkun nistaʼ nistrieħ minn xogħli u naqbad il-​biedja—it-​tieni xogħol favorit tiegħi!

B.C., Stati Uniti

Il-​Poeżija Nixtieq biss ngħidilkom kemm niżilli għasel l-​artiklu tagħkom “Pittura bil-​Kliem.” (8 taʼ Ġunju, 2001) Mindu rtirajt mix-​xogħol, tajtha għall-​ktib tal-​poeżiji, u dan jagħtini ħafna gost u sodisfazzjon.

J. B., Britannja

Mindu kont tifla l-​kelma miktuba kienet l-​għaxqa tiegħi, u kien b’dan il-​mod li skoprejt l-​arti tal-​poeżija. Grazzi talli semmejtu li “poeżija sabiħa m’hijiex sempliċement xi erbaʼ kelmiet imħarbxin bla ħsieb taʼ xejn.” Ħafna nies jaħsbu li l-​kitba tal-​poeżija hija sinjal taʼ dgħjufija. Din l-​espressjoni letterarja hija waħda mill-​isbaħ, u nħossni kuntenta li naf li l-​Ħallieq tagħna għandu l-​istess ħsieb.

M. T., Ċilì

Il-​Katidrali Ħadt pjaċir bl-​artiklu “Il-​Katidrali—Monumenti lil Alla jew lill-​Bnedmin?” (8 taʼ Ġunju, 2001) Imma m’huwiex minnu li x-​Xhieda taʼ Jehovah jibnu Swali tas-​Saltna u Swali taʼ l-​Assembleat pjuttost kbar?

R. B., Stati Uniti

Iwieġeb “Stenbaħ!”: Aħna kkritikajna l-​bini tal-​katidrali mhux biss minħabba li huma kbar imma minħabba li l-​motiv wara l-​bini tagħhom spiss kien dak li wieħed kittieb taʼ l-​istorja sejjaħlu l-​“kburija arroganti” tal-​mexxejja reliġjużi. Barra minn hekk, il-​flus li ntefqu għal dawn l-​istrutturi kbar ħafna spiss ġabu tbatija enormi fuq in-​nies tal-​parroċċa. B’kuntrast, is-​Swali tas-​Saltna u s-​Swali taʼ l-​Assembleat huma strutturi modesti li ma jinbnewx biex jonoraw lil xi bniedem. Minflok, iservu bħala postijiet taʼ qima. Dawn is-​swali huma finanzjati b’kontribuzzjonijiet volontarji u ma jimponux piż finanzjarju mhux raġunevoli fuq xi ħadd.

Il-​Baħrijiet Għandi erbatax-il sena, u kont impressjonata meta qrajt l-​artiklu “Il-​Baħrija Sabiħa.” (8 taʼ Ġunju, 2001) Dejjem kont taʼ l-​idea li l-​baħrijiet kienu koroh biex tħares lejhom, imma wara li qrajt dan l-​artiklu, se naħsibha darbtejn qabel ma noqtolhom!

D. S., Stati Uniti

Jien u naqra l-​artiklu, ġiet baħrija ħdejn saqajja. Qatt ma kont rajt baħrija daqshekk sabiħa! In-​natura hi verament taʼ l-​għaġeb, u jekk nosservawha, l-​imħabba tagħna lejn Alla se tikber.

G. P., Italja

Peress li ma kontx napprezza s-​sbuħija u l-​varjetà tal-​baħrijiet li għamel Jehovah, kont nikkalkulahom bħala insetti bla skop. Ftit wara li qrajt l-​artiklu, ġiet ħdejja baħrija sabiħa waqt li kont qed insaqqi l-​pjanti tiegħi. Irringrazzjajt lil Jehovah għall-​ħolqien tiegħu u għall-​artiklu li ġabni iktar f’sensija.

C. S., Stati Uniti

Il-​Mewġ Aħmar Bħala għalliema, kont qed ngħallem suġġett li jittratta dwar kif wieħed għandu jieħu ħsieb u jżomm b’mod xieraq ix-​xtut tagħna. Kont kważi qtajt qalbi nfittex artiklu li jispjega b’mod ċar il-​mewġ aħmar. Imbagħad salvani l-​artiklu “Meta l-​Baħar Isir Aħmar” (8 taʼ Ġunju, 2001). Grazzi ħafna talli ppubblikajtuh.

J. O. P., Filippini

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja