LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 4/8 p. 32
  • L-Iktar Laqgħa Importanti tas-Sena

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Iktar Laqgħa Importanti tas-Sena
  • Stenbaħ!—2003
Stenbaħ!—2003
g03 4/8 p. 32

L-​Iktar Laqgħa Importanti tas-​Sena

Immaġina li tkun qed tbati minn marda li tpoġġilek ħajtek fil-​periklu. Il-​kirurġija tistaʼ tfejqek, imma l-​operazzjoni tqum ħafna iktar flus milli taffordja. Issa nagħmlu mod li jiġi benefattur u joffri li jħallaslek l-​operazzjoni. Ma tkunx grat għal dan ir-​rigal li jsalvalek ħajtek?

Il-Bibbja tgħallem li l-​ewwel bnedmin, Adam u Eva, għaddew id-​dnub u l-​mewt lid-​dixxendenti tagħhom kollha. Allura, f’ċertu sens, kull wieħed minna twieled b’marda fatali​—u ħadd minna ma jaffordja l-​kura għaliha. (Salm 49:​8-10 [49:​7-9, NW]) Madankollu, Alla Jehovah ipprovda lil Ibnu, Ġesù Kristu, bħala fidwa biex iħallas il-​prezz taʼ dnubietna. Permezz taʼ dan ir-​rigal li jsalvalna ħajjitna, aħna għandna l-​opportunità li ngħixu għal dejjem f’Ġenna taʼ l-​art.​—Rumani 6:23.

Nhar l-​Erbgħa, 16 t’April, wara nżul ix-​xemx, ix-​Xhieda taʼ Jehovah se jfakkru l-​mewt taʼ Ġesù. Is-​sena l-​oħra attendew iktar minn 15,000,000 ruħ​—il-​maġġorparti minnhom ma kinux Xhieda taʼ Jehovah. Inti mistieden biex tattendi t-​Tifkira tal-​mewt taʼ Kristu taʼ din is-​sena. Din tassew hija l-​iktar laqgħa importanti tas-​sena. Jekk jogħġbok iċċekkja max-​Xhieda taʼ Jehovah lokali għall-​ħin u l-​post eżatt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja