Deskrizzjoni taʼ Komunità Reliġjuża
Bħala parti minn kors tal-ġeografija fl-iskola sekondarja, Philip, li għandu 15-il sena, ġie inkarigat jinvestiga u jħejji rapport dwar waħda mill-komunitajiet sportivi, politiċi, kulturali jew reliġjużi ġewwa pajjiżu f’Sydney, l-Awstralja. Philip għażel li jagħmel rapport dwar il-kongregazzjoni lokali tax-Xhieda taʼ Jehovah, li hu u l-familja tiegħu jagħmlu parti minnha. L-istudenti ġew inkarigati jkellmu lil 20 membru tal-komunità li huma għażlu biex, fost affarijiet oħra, jipprovdu deskrizzjoni tal-“fatturi li jikkaratterizzaw lill-komunità.”
Wara li ġabar ir-riżultati taʼ l-istħarriġ tiegħu, Philip kiteb: “Il-kongregazzjoni [lokali] tax-Xhieda taʼ Jehovah hija organizzazzjoni reliġjuża li tiltaqaʼ primarjament biex titgħallem mill-Bibbja. F’dawn il-laqgħat, jinqraw rakkonti mill-Bibbja u mbagħad jiġu spjegati. Il-laqgħat għandhom ukoll l-iskop li jħarrġuna fil-mod kif l-aħjar li ngħallmu lil oħrajn mill-Bibbja. Dan isir billi mmorru minn bieb għal bieb sabiex niltaqgħu man-nies fi djarhom, fejn ikunu l-iktar komdi. Il-membri kollha taʼ l-organizzazzjoni jieħdu sehem f’dan ix-xogħol regolarment, skond kemm ikunu jistgħu, skond iċ-ċirkustanzi tagħhom. Minbarra li jitgħallmu l-Bibbja huma stess u jgħallmuha lil oħrajn, il-membri tal-komunità wkoll iqassmu l-ġurnali informattivi u aġġornati It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ!, li fihom ħafna artikli interessanti dwar in-natura, l-istorja, u suġġetti globali u lokali. Nistinkaw ukoll biex ngħinu lil uħud imnikktin wara li jkunu seħħew atroċitajiet koroh fid-dinja, bħalma ġara fil-11 taʼ Settembru, u nipprovdu pubblikazzjonijiet li jagħtu l-għajnuna fuq suġġetti bħaż-żwieġ, il-ħajja tal-familja, u ż-żgħożija.”
Minħabba l-kwalità tar-riċerka tiegħu u l-mod kif ġiet preżentata, Philip irċieva l-ogħla marka possibbli għar-rapport tiegħu. Jekk tixtieq issir taf iktar dwar ix-xogħol li jsir mix-Xhieda taʼ Jehovah, tkellem magħhom la jerġgħu jħabbtulek jew ikkuntattjahom billi tuża l-indirizz l-iktar qrib tiegħek imniżżel f’paġna 5.
[Stampa f’paġna 31]
Philip
[Stampa f’paġna 31]
L-Italja
[Stampa f’paġna 31]
L-Awstralja
[Stampa f’paġna 31]
Il-Brażil
[Stampa f’paġna 31]
L-Olanda