Ktieb għaż-Żgħażagħ
Studenta taʼ l-università f’Arkhangelsk kitbet lill-uffiċċju tal-fergħa tax-Xhieda taʼ Jehovah fir-Russja. Hi spjegat li rċiviet fuljett pubblikat mix-Xhieda taʼ Jehovah mingħand xi ħadd fit-triq. “Ġagħalni naħseb dwar il-ħajja u dwar x’naf fuq Alla u r-reliġjon,” kitbet hi. “Issa rrid nistudja l-Bibbja. Irrid inkun naf iktar dwar dak l-individwu li, mingħajr ma kien jafna, ta ħajtu għad-dnubiet u s-salvazzjoni tagħna.”
L-ittra tagħha kompliet: “Qed tagħmlu xogħol li hu tant bżonnjuż, speċjalment meta tispjegaw lit-tfal id-differenza bejn it-tajjeb u l-ħażin. Wara kollox, huma bħal sponoż, jassorbu dak kollu li jkun qed iseħħ madwarhom u mbagħad jinbidlu biex jidħlu fis-soċjetà.” L-istudenta għandha ħuha u oħtha li huma iżgħar minnha, u talbet kopja tal-ktieb Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom. “Nispera li jkun jistaʼ jgħinhom fl-iskola u fil-ħajja in ġenerali,” qalet hi.
Int ukoll tistaʼ tikseb kopja taʼ dan il-ktieb li tħejja speċjalment biex jgħin liż-żgħażagħ fil-problemi li jiffaċċjaw illum. Sempliċement imla l-kupun t’hawnhekk u ibagħtu fl-indirizz muri fuq il-kupun jew fl-indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Nixtieq nirċievi kopja tal-ktieb Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom.
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.