Mingħand il-Qarrejja
Il-Prostituzzjoni tal-Minorenni Ma nistax nesprimi bil-kliem kemm jien grata għas-serje taʼ artikli “Il-Prostituzzjoni tal-Minorenni—Realtà Traġika.” (8 taʼ Frar, 2003) Din is-serje t’artikli kixfet il-problema bil-kruha kollha tagħha. Inħoss li għandha terġaʼ tiġi stampata fil-letteratura sekulari ħalli iktar nies ikunu jafu li jeżisti dan it-tip taʼ jasar.
M. K., Repubblika Ċeka
Sirja Grazzi għall-artiklu “Is-Sirja—Tidwi b’Imgħoddi Interessanti.” (8 taʼ Frar, 2003) Biex inkun sinċiera, qatt ma interessajt ruħi fl-istorja. Iżda dan l-artiklu għenni nimmaġina t-toroq u l-bliet differenti li żar l-appostlu Pawlu. Din l-informazzjoni tgħinna biex inkabbru l-għarfien tagħna u biex nifhmu x’kellhom jiffaċċjaw il-qaddejja t’Alla fil-passat.
T. S., Stati Uniti
Ġojjelli Grazzi għall-artiklu “Ġojjelli minn Xatt il-Baħar.” (8 taʼ Frar, 2003) Konna nħossu l-istess eċċitament bħalma ħass il-kittieb meta konna niġbru l-qxur tal-bebbux u l-arzell. Iġibilna ħafna memorji sbieħ meta niftakru f’meta konna niġbru dawn il-qxur mix-xtut. Kulmeta nħarsu lejn il-kollezzjoni tagħna, nammiraw l-intelliġenza artistika tal-Ħallieq li tisboq kull ħaġa oħra.
W. u M. P., Ġermanja
Ili affaxxinata b’dawn il-qxur tal-molluski minn meta kelli 12-il sena. Wara li kont ili 20 sena niġbor din il-kollezzjoni, ħassejtni sodisfatta b’dak li ġbart. Imma wara li qrajt dan l-artiklu u tgħallimt li hemm madwar 50,000 speċi taʼ molluski, indunajt li ġbart vera ftit, u nistagħġeb saħansitra iktar bil-ħolqien taʼ Jehovah.
M. S., Paragwaj
Il-Qerq Għandi 11-il sena. Ħadt gost naqra l-artiklu “Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . X’Hemm Ħażin fil-Qerq?” (8 taʼ Frar, 2003) Għalkemm mhux dejjem niġi lura d-dar b’marki tajbin, naf li l-marki li nġib huma dawk li qlajt mingħajr ma qarraqt. Fil-fatt, xi wħud minn sħabi tal-klassi li jqarrqu jġibu marki agħar minn tiegħi! Għalhekk, il-kuxjenza tiegħi hija nadifa, u dan hu l-iktar importanti.
Z. T., Awstrija
Waqajt fin-nassa tal-qerq, wisq probabbli għax ma kontx narah bħala li hu xi ħaġa daqshekk serja. Dan l-artiklu se jgħinni biex niftakar skritturi bħal Lhud 13:18 li se tgħinni fil-futur meta tiġini t-tentazzjoni biex inqarraq.
N. I., Italja