LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 10/8 p. 31
  • “Is-Sena tal-Bibbja”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Is-Sena tal-Bibbja”
  • Stenbaħ!—2003
  • Materjal Simili
  • Alla Jinformana Dwar il-​Għanijiet Tiegħu
    Veru li Alla Jimpurtah Minna?
  • Għala Għandek Taqra l-Bibbja?
    Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Għin Lilek Innifsek u lil Oħrajn Billi Tuża l-Kelma t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Tagħlim Veru li Jogħġob lil Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2003
g03 10/8 p. 31

“Is-​Sena tal-​Bibbja”

Fl-​Awstrija, Franza, il-​Ġermanja, u l-​Isvizzera, is-​sena 2003 ġiet magħżula bħala s-​“Sena tal-​Bibbja.” Il-​ġurnal taʼ kuljum Ġermaniż Frankfurter Allgemeine Zeitung jistqarr: “Mill-​ewwel u l-​aħħar darba li ġiet ċelebrata fl-​1992, [il-knejjes] qed jipprovaw jiġbdu l-​attenzjoni tan-​nies lejn dan il-​‘ktieb tal-​ħajja’ u jenfasizzaw il-​valur kulturali taʼ l-​Iskrittura Mqaddsa.”

Skond il-​Bibelreport taʼ Ġunju 2002, il-​Bibbja ġiet tradotta b’2,287 lingwa—għallinqas parti minnha. Il-​kalkoli juru li sa issa, tqassmu xi ħames biljun Bibbja. Dawn l-​isforzi enormi juru ċar kemm in-​nies jistmaw dan il-​ktieb.

Illum, ħafna nies għandhom mnejn m’humiex konvinti li l-​Bibbja hija prattika. Tabilħaqq, ħafna jħossu li l-​livelli tal-​Bibbja huma antikwati u li m’humiex relatati mar-​realtajiet tal-​ħajja. Madankollu, bis-​Sena tal-​Bibbja l-​knejjes fil-​Ġermanja qed jittamaw li jiksbu żewġ affarijiet—li jinkuraġġixxu lin-​nies jgħixu iktar skond il-​Bibbja u li jqanqlu l-​entużjażmu għaliha f’dawk li tbiegħdu mill-​knisja.

Żgur li m’huwiex faċli taqra l-​Bibbja minn qoxra sa qoxra, imma dan żgur li huwa mod tajjeb kif dak li jkun jislet il-​punti prinċipali taʼ l-​Iskrittura. Madankollu, min irid jieħu l-​akbar benefiċċju mill-​Bibbja għandu jżomm f’moħħu l-​istqarrija tat-​2 Timotju 3:​16, 17: “L-​Iskrittura kollha hija mnebbħa minn Alla, u tiswa biex wieħed jgħallem, iċanfar, iwiddeb u jrawwem fis-​sewwa, biex hekk il-​bniedem taʼ Alla jkun perfett, mħejji għal kull ħidma tajba.”

Il-​poeta Ġermaniż Johann Wolfgang von Goethe (1749-1832) esprima ruħu b’dan il-​mod: “Jien konvint li l-​Bibbja ssir isbaħ iktar ma wieħed jifhimha.” Tabilħaqq, fil-​Kelma t’Alla biss insibu spjegazzjoni dwar minfejn ġejjin, għala qegħdin hawn, u x’hemm lest għalina fil-​futur!—Isaija 46:​9, 10.

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 31]

Mill-​ktieb Bildersaal deutscher Geschichte

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja