LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 5/8 p. 13
  • Meta t-Tarbija Ma Tkunx Trid Tieqaf Tibki

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta t-Tarbija Ma Tkunx Trid Tieqaf Tibki
  • Stenbaħ!—2004
  • Materjal Simili
  • X’Jeħtieġu u Xi Jridu t-Trabi
    Stenbaħ!—2004
  • Kif it-tfal ibiddlu ż-żwieġ
    Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
  • Agħti lit-Tfal Dak li Jeħtieġu
    Stenbaħ!—2004
  • Tarbija kif Għandha Torqod?
    Stenbaħ!—1999
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2004
g04 5/8 p. 13

Meta t-​Tarbija Ma Tkunx Trid Tieqaf Tibki

MINN KITTIEB GĦAL STENBAĦ! FIL-​KANADA

IT-​TABIB ikkonferma dak li l-​omm kienet ilha tissuspetta. It-​tarbija tagħha kellha każ tipiku taʼ kolika, uġigħ taʼ żaqq qawwi f’daqqa. Dan is-​sindromu jeffettwa “daqs kwart mit-​tfal,” tgħid il-​gazzetta tal-​Kanada Globe and Mail. Is-​sintomi taʼ din il-​kundizzjoni jinkludu sigħat sħaħ taʼ biki għal minn taʼ l-​inqas tlett ijiem fil-​ġimgħa. X’jistaʼ jagħmel ġenitur li jkun inkwetat b’din il-​ħaġa? It-​tobba tat-​tfal jgħidu li f’ħafna każi l-​ġenituri—u t-​tarbija—forsi jkollhom sempliċement jistennew sakemm jgħaddilha. Imma kemm għandhom idumu jistennew?

Dan l-​aħħar, fil-​Kanada, sar studju fuq l-​ommijiet bi trabi li għandhom din il-​kundizzjoni u nstab li iktar minn 85 fil-​mija minn dawn il-​każijiet battew sakemm it-​trabi għalqu t-​tliet xhur. Ir-​riċerka, li bdietha t-​Tabiba Tammy Clifford, direttriċi taʼ l-​epidemjoloġija fl-​Isptar tat-​Tfal taʼ l-​Istitut tar-​Riċerka t’Ontario tal-​Lvant, uriet ukoll li s-​saħħa mentali t’omm li jkollha tarbija kolika ma tibqax effettwata għal dejjem. “Sa sitt xhur wara li jwelldu, huma jkunu eżatt bħall-​ommijiet li t-​trabi tagħhom m’humiex koliċi,” tgħid it-​Tabiba Clifford. “Donnhom jinsew kollox meta jieqaf il-​biki.”

Il-Globe tgħid li din ir-​riċerka reċenti pubblikata mit-​Tabiba Clifford u l-​kollegi tagħha “żżid dettalji importanti maʼ l-​għarfien xjentifiku dwar il-​kolika għax turi li hemm tliet tipi differenti taʼ trabi koliċi: dawk li taqbadhom u tgħaddilhom f’xi żmien matul l-​ewwel tliet xhur; dawk li tibqaʼ ma tgħaddilhomx għal ħafna xhur; u grupp żgħir li tistaʼ tgħid taqbadhom tard, ftit xhur wara t-​twelid.” Studju ieħor qed isir biex ikun jistaʼ jiġi segwit l-​iżvilupp tat-​tfal koliċi huma u jikbru, u l-​grupp taʼ l-​aħħar huwa interessanti b’mod partikulari.

Jingħad li l-​biki bla waqfien huwa wieħed mill-​kaġuni tas-​sindromu tat-​trabi mheżżin. Bħalma rrapportat il-​Globe, “il-​biki fih innifsu ma jagħmilx ħsara lit-​tarbija, imma l-​fatt li tiġi mheżża bil-​qawwi, anki għal ftit ħin, jistaʼ jagħmel ħsara permanenti lis-​sistema tan-​nervituri u saħansitra jikkaġuna l-​mewt.”

Mill-banda l-​oħra, il-​biki taʼ tarbija jistaʼ jkollu vantaġġ, anki jekk ikun bla waqfien. “Ir-​riċerka wriet li t-​trabi li jibku ħafna fil-​fatt jingħataw ħafna attenzjoni minn dawk li jieħdu ħsiebhom,” tgħid il-​Globe, għax dawn taʼ l-​aħħar lit-​trabi ‘jmissuhom iktar, jitbissmulhom iktar, jitkellmu magħhom iktar, u jerfgħuhom iktar.’

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja