LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 8/8 p. 31
  • L-Aqwa Ġugarelli

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Aqwa Ġugarelli
  • Stenbaħ!—2004
  • Materjal Simili
  • Kindergardin bla Ġugarelli
    Stenbaħ!—2004
  • Paġna Tnejn
    Stenbaħ!—2005
  • Għala Għandna Bżonn Naħdmu
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • X’Inhu Verament Importanti?
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
Stenbaħ!—2004
g04 8/8 p. 31

L-​Aqwa Ġugarelli

X’tip taʼ ġugarell għandi nixtrilu lit-​tifel? Kemm għandi nonfoq flus fih? Jekk int ġenitur, x’aktarx li ħafna drabi għamilt dawn il-​mistoqsijiet. Madankollu, żgur tieħu pjaċir tkun taf li l-​aqwa ġugarelli jistgħu jkunu dawk li jqumu l-​inqas flus.

“It-​tfal jibbenefikaw iktar jekk jipparteċipaw u jesploraw b’mod attiv milli sempliċement josservaw bla ma jieħdu sehem. Għalhekk, ġugarelli sempliċi li jirrikjedu l-​immaġinazzjoni huma aħjar minn xi karozza sabiħa li tiswa ħafna flus u li taħdem bil-​batterija jew minn xi pupa li titkellem, għax dawn jillimitaw dak li jistgħu jagħmlu t-​tfal,” jgħid il-​ktieb Motivated Minds​—Raising Children to Love Learning. Dawn il-​ġugarelli forsi “għall-​ewwel it-​tfal jieħdu pjaċir bihom, imma normalment malajr jitilfu l-​interess fihom għax ma jħalluhomx jesperimentaw, jesploraw, jew joħolqu.”

Skond l-​età tat-​tfal, il-​ġugarelli li jistimulaw il-​moħħ jinkludu affarijiet li huma sempliċi bħalma huma bloks, kaxxi vojta, karti, materjal taʼ larti, u saħansitra ramel u ilma. “Ġugarelli żgħar, bħal annimali tar-​razzett,” jgħid Motivated Minds, “jagħtu ċans [lit-tfal] biex jgħaqqdu, jagħżlu, u jqabblu, u biex jiżviluppaw il-​kapaċità lingwistika tagħhom billi jivvintaw stejjer.” Il-​ktieb jissuġġerixxi wkoll strumenti mużikali sempliċi​—jekk tkun lest li tissaporti l-​ħsejjes​—għax dawn jippermettu lit-​tfal jesploraw il-​ħsejjes u l-​forom tagħhom.

It-tfal għandhom immaġinazzjoni ħajja, u huma ħerqana biex jitgħallmu u jilagħbu. Għalhekk, għax ma tgħinhomx f’dawn it-​tliet oqsma billi tagħżlilhom il-​ġugarelli bil-​għaqal.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja