Mingħand il-Qarrejja
L-Istress Is-serje “Serħan mill-Istress!” kienet veru f’waqtha għalija! (8 taʼ Frar, 2005) L-artikli ġew eżatt meta ħsibt li ħa taqbadni dipressjoni kbira, għax ma kontx qed inkampa kif suppost bl-istress. Is-suġġerimenti li pprovdejtu għamlu differenza kbira f’ħajti.
L-isem miżmum, Stati Uniti
Għadni kif ġejt lura minn seminar li fih għamilt preżentazzjoni qasira dwar kif tkampa maʼ l-istress. Stajt nitkellem fuq il-kawżi taʼ l-istress u l-effetti tiegħu, kif ukoll fuq x’jistaʼ jgħin—kollox ibbażat fuq din ir-rivista taʼ l-għaġeb!
J. L., Ġermanja
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Għala Għandi Nagħmel Xogħol Manwali? (8 t’April, 2005) Jien bajjâd maʼ kumpanija mmexxija minn missieri, imma xi ħadd qalli li f’dan it-tip taʼ xogħol ma jkunx hemm bżonn li tuża moħħok. Iżda l-artiklu ħareġ il-punt li Ġesù u Pawlu ħadmu b’idejhom. Issa jien ġejt inkuraġġit biex nagħmel xogħli b’iktar entużjażmu. Irrid nagħmel ħilti f’dan ix-xogħol biex inkun nistaʼ nuża din is-sengħa fil-bini taʼ Swali tas-Saltna u taʼ l-Assembleat.
M. Y., Ġappun
Dan l-artiklu inkuraġġieni ħafna! Reġaʼ fakkarni li l-iskop ewlieni f’ħajjitna hu li naqdu lil Alla Ġeħova u li l-impjieg li nagħżel għandu jkun fi qbil maʼ dan l-iskop. Dan l-artiklu mill-isbaħ qanqalni nibda nieħu iktar l-inizjattiva biex nagħmel dak li hu meħtieġ fid-dar. Iktar importanti minn dan, l-artiklu għenni nara kif Ġeħova jħares lejn ix-xogħol manwali.
Y. K., Russja
Il-Ħajja—Kollezzjoni Meraviljuża taʼ Ktajjen (8 taʼ Frar, 2005) Jien għandi 15-il sena. Fl-iskola, waqt il-lezzjoni tal-bijoloġija, qed nistudjaw dwar tip taʼ metaboliżmu taʼ l-enerġija. Meta ħadt din ir-rivista l-iskola, l-għalliem tiegħi tal-bijoloġija uża l-artiklu biex jagħmel il-lezzjoni u wera l-istampi li hemm fiha. Wara l-lezzjoni, kulħadd wera x-xewqa li jkollu din ir-rivista. Dan l-artiklu juri ċar kemm Ġeħova għandu għerf. Mingħajr ebda dubju jistħoqqlu t-tifħir. Iġri jasal iż-żmien meta kull ħliqa ħajja se tfaħħar lil Ġeħova!
Y. B., Russja
“Li Kieku Jafu!” (8 taʼ Jannar, 2005) Jien għandi 17-il sena u kemm-il darba kkunsidrajt li mmur noqgħod fejn hemm bżonn akbar għall-pubblikaturi tas-Saltna. L-eżempju taʼ David saħħaħli d-determinazzjoni biex immur f’territorju bħal dan wara li nispiċċa l-iskola. Jekk jogħġobkom komplu ippubblikaw eżempji inkuraġġanti bħal dawn. Żgħażagħ taʼ mpari għandhom bżonn taʼ inkuraġġiment kontinwu biex jimxu ’l quddiem fix-xogħol taʼ l-ippridkar.
K. O., Polonja
Għandi 20 sena, u dan l-artiklu bikkieni jien u naqrah. F’qalbi ħsibt, ‘Jekk immut meta nkun għadni żgħira, ma nixtieq ikolli l-ebda dispjaċiri talli nkun domt naħsibha biex naqdi lil Ġeħova bl-aħjar mod li nistaʼ!’ Il-mira tiegħi hi li ma ndumx ma nsir evanġelizzatriċi full-time. Dan l-artiklu se nagħmlu f’inkwatru u ndendlu mal-ħajt ħalli qatt ma ninsa dak li ħassejt meta qrajtu. Grazzi talli tippubblikaw esperjenzi taʼ l-għaġeb bħal dawn.
N. N., Ġappun