LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 9/8 p. 30
  • Mingħand il-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mingħand il-Qarrejja
  • Stenbaħ!—2004
  • Materjal Simili
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2004
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2004
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2004
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2003
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2004
g04 9/8 p. 30

Mingħand il-​Qarrejja

Ambjent Is-​serje t’artikli “Nistgħu Nsalvaw l-​Ambjent Tagħna?” kienet speċjali għalija. (8 taʼ Diċembru, 2003) Nixtieq li jfittex jiġi ż-​żmien meta Jehovah inaddaf din il-​pjaneta sabiħa tiegħu u jerġaʼ jġibha għall-​istat oriġinali tagħha. Insewwed qalbi meta nara r-​rovina li għamel il-​bniedem minn darna!

D. L., Britannja

Jien għandi 15-il sena, u mhux dejjem kont naqra kull ħarġa taʼ Stenbaħ! Imma wara li qrajt din is-​serje t’artikli, iddeċidejt li naqrah regolarment! L-​artikli għallmuni ħafna affarijiet interessanti dwar il-​pjaneta tagħna. Wara użajt din l-​informazzjoni l-​iskola u ġibt marki għoljin.

S. V., Ukraina

Il-​Perfezzjoniżmu Nixtieq nirringrazzjakom taʼ l-​artikli “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . Għala Nħossni li Għandi Nkun Perfett?” u “Kif Nistaʼ Ma Nibqax Nipprova Nkun Perfett?” (8 t’Awissu u 8 taʼ Settembru, 2003) Lossessjoni li kelli li rrid nagħmel kollox b’mod perfett kienet saret toqol li ma stajtx inġorru iżjed; kienet qed tisraqli l-​ferħ minn ħajti. Minħabba l-​biżaʼ li ngħid xi ħaġa żbaljata, kont saħansitra nżomm lura milli nikkummenta fil-​laqgħat Kristjani. Jien grata ħafna lejn Jehovah taʼ dawn l-​artikli. Qed jgħinuni nikkontrolla dawk il-​ħsibijiet li jaħdmu kontra tiegħi.

S. M., Italja

Dawn l-​artikli huma eżattament dak li kelli bżonn biex nittratta maʼ problema li ili nbati biha għal 50 sena. Kont naħseb li m’hemm xejn ħażin jekk nipprova nkun perfetta​—kien sempliċement mod kif nagħti l-​aħjar tiegħi lil Jehovah. Kont niskanta kif spiss kien ikolli problemi mat-​tfal tiegħi, maʼ sħabi tax-​xogħol, u maʼ ħuti Kristjani. Issa nirrealizza li wħud mill-​opinjonijiet tiegħi ma kinux bilanċjati u fi qbil mal-​ħsieb taʼ Jehovah. Għax kont ‘ġusta żżejjed,’ ġagħalt lili nnifsi ninfena u anki lil oħrajn. (Koħèlet 7:16) Mhux se jkun faċli li negħleb din il-​problema għalkollox, imma lesta li nipprova bl-​għajnuna taʼ Jehovah.

C. H., Stati Uniti

Kemm hu veru l-​kumment li l-​perfezzjoniżmu jistaʼ jżommok lura! Matul is-​snin ħassejtni frustrata għax ma kontx naf l-​għala ma stajtx inwettaq l-​affarijiet li tant xtaqt nagħmel. U xi ngħidu dwar dak li ntqal dwar li ma jkollokx ħbieb? Spiss ħadd donnu ma kien irid jassoċja miegħi, imma ma stajtx nirrealizza għala dan kien qed jiġri. Issa naf li quddiemi għandi battalja twila u iebsa u naf li Jehovah se jgħinni.

L. R., Stati Uniti

Il-​biżaʼ li ma nirnexxix f’dak li nagħmel kien spiss iżommni lura milli nieħu azzjoni. Tgħallimt li l-​perfezzjoniżmu jikkaġuna rabja li ma tfiqx minnha, pessimiżmu, dipressjoni, u stima baxxa tiegħek innifsek. Għadni ma tgħallimtx kif negħleb il-​problema għalkollox, imma naf li rrid nidra nidħaq bl-​iżbalji tiegħi.

A. I., Ġappun

Jien għaddejt minn ħafna stress mentali u ansjetà. Kont nirrabja għalija nnifsi u ngħid, “Jien ma niswa għal xejn.” L-​artikli tagħkom ippreżentaw għajnuna u inkuraġġiment mill-​qalb. Ħfiefli t-​toqol li kelli f’qalbi u li kien kaġunat mill-​bżonn li nkun perfetta. L-​Iskrittura għenitni ntejjeb l-​attitudni tiegħi u niżviluppa ħarsa pożittiva.

M. N., Ġappun

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja