LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 9/8 pp. 28-29
  • Ħarsa Lejn id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn id-Dinja
  • Stenbaħ!—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala Tħossok Tajjeb Meta Tidħaq
  • ‘Il-​Marda Ġdida tas-​Seklu 21’
  • Il-​Problema tal-​Parking fiċ-​Ċina
  • Żgħażagħ Iweġġgħu Minħabba Strapazz Ripetut
  • Iskrizzjoni Antika mill-​Evanġelju
  • Iż-​Żgħażagħ u l-​Użu tal-​Kompjuter
  • Dieta Griega taʼ Benefiċċju għas-​Saħħa
  • In-​Nisa Jfittxu l-​Pornografija
  • “Fissazzjoni” fuq it-Telefons Ċellulari
    Stenbaħ!—2003
  • Għandi Bżonnu t-Telefon Ċellulari?
    Stenbaħ!—2002
  • Ħarsa Lejn id-Dinja
    Stenbaħ!—2004
Stenbaħ!—2004
g04 9/8 pp. 28-29

Ħarsa Lejn id-​Dinja

Għala Tħossok Tajjeb Meta Tidħaq

Għala tħossok daqshekk tajjeb meta tidħaq? Ir-​riċerka turi li l-​umoriżmu ma jħaddimx biss il-​moħħ fir-​reġjuni li huma marbutin mal-​perċezzjoni u l-​lingwa imma wkoll fin-​nucleus accumbens, reġjun li ġie assoċjat mal-​kuntentizza u l-​ewforja, tirrapporta The Vancouver Sun. Skond it-​Tabib Allan Reiss taʼ l-​Università taʼ Stanford, dan ir-​reġjun tas-​sistema nervuża hu “parti qawwija minn sistema li hi marbuta mal-​moħħ.” Reiss jemmen li l-​istudju taʼ l-​umoriżmu jistaʼ jgħin lit-​tobba jifhmu aħjar l-​imġiba soċjali. “Is-​sens umoristiku tagħna bħala individwi spiss jikkontrolla jekk, kif, u maʼ min nistabbilixxu ħbiberiji u saħansitra relazzjonijiet romantiċi dejjiema,” jgħid it-​Tabib Reiss. ‘L-​umoriżmu hu wkoll mekkaniżmu universali li jgħin lin-​nies ikampaw meta jkollhom jiffaċċjaw kull xorta taʼ stress.’

‘Il-​Marda Ġdida tas-​Seklu 21’

Dan hu l-​mod kif xi psikjatri ddeskrivew il-​“fissazzjoni” ġdida fuq it-​telefons ċellulari. Skond studju miċ-​Ċentru Speċjali għall-​Kura u r-​Riabilitazzjoni minn Vizzji Soċjali (CETRAS), l-​iktar vulnerabbli huma “xebbiet taʼ bejn is-​16 u l-​25 sena li huma mistħijin, immaturi, u frustrati,” tirrapporta l-​gazzetta Spanjola El País. Din il-​“fissazzjoni” twassalhom għal “leblieba bla xabaʼ biex jużaw it-​telefons ċellulari u jibagħtu l-​messaġġi,” jgħid il-​psikjatra Blas Bombín. Meta ma jkunux jistgħu jużaw it-​telefon ċellulari tagħhom, taqbadhom “ansjetà u frustrazzjoni.” Il-​“fissazzjoni” fuq it-​telefons ċellulari ma teffettwax biss ir-​relazzjonijiet m’oħrajn imma teffettwa wkoll il-​but. CETRAS tikkwota każi taʼ pazjenti li għandhom tmien telefons ċellulari differenti u li jħallsu “sa 800€ [Lm339] fix-​xahar f’kontijiet tat-​telefon.”

Il-​Problema tal-​Parking fiċ-​Ċina

Ir-​rata mgħaġġla taʼ żvilupp ekonomiku fiċ-​Ċina għamlitha possibbli li miljuni taʼ nies ikollhom il-​karozza tagħhom. Iżda dawn għandhom problema​—isibu fejn jipparkjaw. Ħafna binjiet residenzjali li telgħu dawn l-​aħħar 25 sena m’għandhomx parking, għax meta nbnew kienu ftit dawk in-​nies li kellhom il-​karozza tagħhom. Akkwati residenzjali iktar antiki għandhom sqaqien dojoq u mgħawġin li impossibbli tipparkja fihom. Sadattant, “l-​għadd taʼ karozzi f’Beijing qabeż iż-​żewġ miljuni, u l-​għadd taʼ postijiet għall-​parking hu biss 600,000,” tirrapporta China Today. Fiċ-​Ċina kollha, madwar 20 fil-​mija biss mis-​sidien tal-​karozzi għandhom post legali fejn jipparkjaw. Indikazzjoni oħra taż-​żjieda fl-​għadd taʼ karozzi hi d-​domanda li dejjem qed tiżdied għaż-​żejt. Skond China Today, “Iċ-​Ċina dalwaqt tieħu post il-​Ġappun bħala t-​tieni pajjiż li jikkonsma l-​iktar pitrolju.”

Żgħażagħ Iweġġgħu Minħabba Strapazz Ripetut

Għadd li dejjem jiżdied taʼ żgħażagħ qed ifittxu kura għax iweġġgħu minħabba strapazz ripetut (repetitive strain injuries [RSI]), tirrapporta The Globe and Mail tal-​Kanada. “Tobba u fiżjoterapisti jgħidu li l-​pazjenti tagħhom qed ikunu ħafna iżgħar minn qabel, hekk kif tfal inattivi jqattgħu iktar ħin fuq il-​kompjuter id-​dar u l-​iskola,” tgħid il-​gazzetta. Skond il-​Globe, ittajpjar u taħbit kontinwu fuq il-​kaxxa li tikkontrolla l-​logħba tal-​kompjuter jistgħu jwasslu għall-​uġigħ u nefħa bħalma jkollhom nies li jbatu bl-​RSI. Il-​ġenituri huma mwissijin biex joqogħdu attenti għall-​pożizzjoni taʼ kif ipoġġu bil-​qiegħda wliedhom u biex jagħtu kas taʼ xi sintomi taʼ RSI​—xi ħadd mit-​tfal jogħrok minkbejh jew il-​polzijiet jew jilmenta għax iħoss subgħajh imtarrxin jew inemmlu.

Iskrizzjoni Antika mill-​Evanġelju

Għall-​ewwel darba, studjużi fil-​Palestina sabu vers mill-​Iskrittura Griega Kristjana mnaqqax fuq qabar antik, tirrapporta l-​Frankfurter Allgemeine Zeitung tal-​Ġermanja. B’kumbinazzjoni, instabet iskrizzjoni fuq dak li sar magħruf bħala l-​Qabar taʼ Absalom. Mir-​ritratt li kien meħud fid-​dawl baxx taʼ fil-​għaxija, l-​antropologu Joe Zias setaʼ jara xi ħaġa li kienet qisha iskrizzjoni mittiekla. Kulma kien hemm bżonn kien li titpoġġa biċċa karta pesta fuq il-​parti fejn kien hemm l-​iskrizzjoni, u ġie deċifrat il-​vers mill-​Bibbja. L-​iskrizzjoni hi minn Luqa 2:​25 u taqbel mal-​Manuskritt Sinajtiku tar-​rabaʼ seklu. Is-​sejba hija sinifikanti minħabba l-​fatt li, b’mod ġenerali, it-​tinqix taʼ versi mill-​Bibbja fuq l-​oqbra kien sar popolari għall-​ħabta tas-​sena 1000 E.K.

Iż-​Żgħażagħ u l-​Użu tal-​Kompjuter

Skond rapport mid-​Dipartiment taʼ l-​Edukazzjoni fl-​Istati Uniti, f’dak il-​pajjiż “madwar 90 fil-​mija miż-​żgħażagħ bejn il-​ħamsa u s-​sbatax-il sena jużaw il-​kompjuter u 59 fil-​mija minnhom jużaw l-​Internet—rati li fiż-​żewġ każi huma ogħla minn dawk taʼ l-​adulti,” tispjega The Wall Street Journal. L-​użu tal-​kompjuter jibda kmieni. “Madwar tliet kwarti mit-​tfal ikunu diġà qed jużaw il-​kompjuter meta jkollhom ħames snin, u sa disaʼ snin il-​maġġuranza minnhom jużaw l-​Internet,” juri r-​rapport. Filwaqt li iktar minn nofs iż-​żgħażagħ jużaw l-​Internet biex jikkomunikaw maʼ ħbiebhom jew biex jilagħbu l-​logħob, “kważi tlieta minn kull erbgħa jużawh biex jgħinhom fil-​proġetti taʼ l-​iskola,” tikkummenta l-​Journal. “Il-​bniet, li ftit ilu kienu jużaw il-​kompjuter u l-​Internet inqas mis-​subien, issa qed iqattgħu l-​istess ammont taʼ ħin daqs is-​subien.”

Dieta Griega taʼ Benefiċċju għas-​Saħħa

“Għal kważi erbaʼ snin, xjenzati mill-​Iskola Medika taʼ lUniversità taʼ Harvard u l-​Università t’Ateni osservaw x’kienu mdorrijin jieklu 22,043 Grieg u sabu li dieta Mediterranja tnaqqas ir-​riskju tal-​mewt mill-​kanċer u mill-​mard tal-​qalb bi kważi 25 fil-​mija jew iktar,” jirrapporta r-​Readers Digest. “Il-​Griegi jieklu ħafna ġewż, frott, ħaxix, ful, ċereali u żejt taż-​żebbuġa, ammont abbundanti taʼ ħut, ħalib u alkoħol bil-​moderazzjoni, u xi ftit laħam.” Spiss ġew notati l-​benefiċċji għas-​saħħa li jiġu minn dieta Mediterranja tradizzjonali.

In-​Nisa Jfittxu l-​Pornografija

“Fi snin reċenti, il-​fatt li ħafna nies jaffordjaw li jkollhom aċċess għall-​Internet u meta jużawh jibqgħu anonimi, bla dubju ħajjar lil miljuni taʼ nisa għall-​pornografija,” tgħid il-​gazzetta Plain Dealer li toħroġ fi Cleveland, Ohio, lIstati Uniti. “Kważi persuna minn kull tlieta li jidħlu f’Web sites għall-​adulti hija mara.” Omm taʼ 42 sena bdiet tara l-​pornografija “biex tipprova tifhem x’kien li attira lill-​ex raġel tagħha. Ma damitx ma bdiet tqattaʼ mat-​30 siegħa fil-​ġimgħa tfittex fuq l-​Internet biex titqanqal sesswalment.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja