LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/09 p. 14
  • Is-Sistema tan-Navigazzjoni tal-Farfett

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-Sistema tan-Navigazzjoni tal-Farfett
  • Stenbaħ!—2009
  • Materjal Simili
  • Il-Wiċċ tal-Ġwienaħ tal-Farfett
    Stenbaħ!—2012
  • Ġewnaħ il-farfett
    Stenbaħ!—2014
  • Il-Lezzjonijiet Tiegħi mill-Bibbja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Lezzjoni 1
    Nitgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2009
g 1/09 p. 14

Ġie Disinjat?

Is-​Sistema tan-​Navigazzjoni tal-​Farfett

◼ Il-​farfett monarka jemigra ’l bogħod sa 3,000 kilometru mill-​Kanada għal foresta żgħira fil-​Messiku, billi juża moħħ li hu madwar id-​daqs taʼ ponta taʼ labra. Kif isib triqtu l-​insett?

Ikkunsidra dan: Il-​farfett monarka għandu boxxla solari li tiddetermina d-​direzzjonijiet ibbażati fuq ix-​xemx. Imma hemm iktar minn hekk. Dawn l-​insetti jużaw ukoll b’mod eżatt funzjoni bijoloġika bbażata fuq jum t’24 siegħa—biex jaġġustaw għaċ-​ċaqliq tax-​xemx. Dr. Steven Reppert, newrobijologu, jgħid li l-​friefet monarki “għandhom mod differenti għalkollox mill-​insetti u mill-​annimali l-​oħrajn li studjaw fuqhom s’issa taʼ kif iżommu kont tal-​ħin.”

Iktar ma x-​xjenzati jitgħallmu dwar il-​mod kif il-​friefet monarki jżommu kont tal-​ħin, iktar jistgħu jiġu megħjunin jitgħallmu dwar kif il-​bniedem u l-​annimali jagħmlu dan. Dan jistaʼ jwassal ukoll biex ikun hemm terapiji ġodda għall-​mard newroloġiku. “Irrid nifhem kif il-​moħħ jirċievi u juża l-​informazzjoni dwar il-​ħin u l-​ispazju,” jgħid Reppert, “u l-​farfett monarka hu eżempju spettakolari taʼ dan.”

X’taħseb? Ġiet b’kumbinazzjoni s-​sistema kumplessa tan-​navigazzjoni tal-​farfett monarka? Jew hija evidenza taʼ Disinjatur intelliġenti?

[Dijagramma/​Mappa f’paġna 14]

(Għall-formazzjoni sħiħa tat-​test, ara pubblikazzjoni)

Il-​farfett monarka jemigra ’l bogħod sa 3,000 kilometru mill-​Kanada għal foresta żgħira fil-​Messiku

[Mappa]

IL-​KANADA

L-​ISTATI UNITI TAʼ L-​AMERIKA

IL-​MESSIKU

IL-​BELT TAL-​MESSIKU

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 14]

Sfond: © Fritz Poelking/age fotostock

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja