LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/09 p. 17
  • Għalliema Tbiddel il-Ħarsa Tagħha

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għalliema Tbiddel il-Ħarsa Tagħha
  • Stenbaħ!—2009
  • Materjal Simili
  • Reazzjoni Favorevoli għall-Aħbar Tajba fil-Latvja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Kif Nistaʼ Ningwalaha mat-Teacher
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • if Nistaʼ Ningwalaha mal-Għalliem Tiegħi?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
Stenbaħ!—2009
g 4/09 p. 17

Għalliema Tbiddel il-​Ħarsa Tagħha

◼ Ftit tas-​snin ilu, għalliema f’Batumi, fil-​pajjiż tal-​Georgia, staqsiet lill-​istudenti tagħha biex jgħidu l-​Għaxar Kmandamenti wara xulxin. B’sorpriża għall-​għalliema, waħda mill-​istudenti tagħha, Anna, qalithom b’mod korrett. Hi wieġbet ukoll mistoqsijiet oħrajn mill-​Bibbja b’mod impressjonanti. L-​għalliema, b’kurżità, staqsietha kif kienet taf daqshekk. Meta Anna wieġbet li hi studjat il-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova, l-​għalliema waqqfitha u qaltilha li kienet tikkunsidrahom fanatiċi.

Darba minnhom, l-​għalliema staqsiet lill-​istudenti tagħha biex jiktbu komponiment dwar il-​ħajja fil-​Georgia u dwar id-​diversi problemi li n-​nies qed jiffaċċjaw f’pajjiżhom. Fl-​aħħar tal-​komponiment tagħha, Anna kitbet: “Kwalunkwe sforz li n-​nies qegħdin jagħmlu biex ikun hemm bidla kbira fis-​soċjetà se jkun bla suċċess għaliex, bħalma jgħid Ġeremija 10:23: ‘Triq il-​bniedem m’hijiex f’idejh. Lanqas min jimxi ma jistaʼ jidderieġi l-​passi tiegħu.’ Il-​problemi kollha se jiġu solvuti biss permezz tas-​Saltna t’Alla.”

L-għada, l-​għalliema faħħret il-​komponiment t’Anna mal-​klassi u qalet: “Għoġobni x-​xogħol uniku t’Anna, li kitbitu fi kliemha stess. Fih hi spjegat kif inhu possibbli li jinbidlu l-​kundizzjonijiet tad-​dinja.” L-​għalliema kienet ukoll impressjonata bl-​imġiba t’Anna, u bdiet tfaħħarha quddiem il-​klassi kollha għall-​manjieri tajbin u l-​ilbies modest tagħha.

Meta x-​Xhieda taʼ Ġeħova kkuntattjaw lill-​għalliema f’darha, hi qaltilhom li qabel kienet tqishom bħala fanatiċi imma issa biddlet il-​ħarsa tagħha minħabba Anna, l-​istudenta tagħha. Fl-​2007, l-​għalliema attendiet it-​Tifkira tal-​mewt taʼ Ġesù Kristu flimkien max-​Xhieda taʼ Ġeħova u semgħet il-​programm b’attenzjoni.

Wara t-​Tifkira, l-​għalliema t’Anna ammettiet li kienet verament impressjonata b’kemm ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jafu l-​Bibbja sew. Issa x-​Xhieda qegħdin jistudjaw il-​Bibbja magħha regolarment. Bla dubju, bħal din l-​għalliema, int għandek moħħ miftuħ li jqanqlek tara x’hemm wara t-​twemmin u l-​imġiba t’oħrajn. Għala ma tistaqsix lix-​Xhieda taʼ Ġeħova għal studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas?

[Stampa f’paġna 17]

Anna tikteb il-​komponiment tagħha

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja