LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/10 pp. 8-9
  • Is-7 Sigriet: Pedament Sod

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-7 Sigriet: Pedament Sod
  • Stenbaħ!—2010
  • Materjal Simili
  • Hemm Xi Sigriet għall-​Hena fil-​Familja?
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Dar Maqsuma—L-Impatt tad-Divorzju fuq l-Adoloxxenti
    Stenbaħ!—2010
  • Jekk iż-​Żwieġ Wasal fi Stat Kritiku
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Gawdi l-Ħajja tal-Familja
    Gawdi l-Ħajja tal-Familja
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2010
g 1/10 pp. 8-9

Is-​7 Sigriet: Pedament Sod

Dan xi jfisser. Familji b’saħħithom ma jibqgħux sħaħ awtomatikament, bħalma dar ma tibqax wieqfa għal ħafna għaxriet taʼ snin awtomatikament. Struttura solida teħtieġ pedament sod, u l-​istess hu minnu dwar familja b’saħħitha. Familji li jirnexxu jinbnew fuq sors taʼ gwida li jaħdem.

Għala hu importanti. Hemm abbundanza taʼ pariri fuq il-​ħajja tal-​familja fil-​kotba, fir-​rivisti, u fil-​programmi televiżivi. Xi wħud li jagħtu l-​pariri dwar iż-​żwieġ iħeġġu lil koppji li għandhom l-​inkwiet biex jibqgħu flimkien, waqt li oħrajn iħeġġu lill-​istess koppji biex jinfirdu. Xi esperti saħansitra jbiddlu l-​ħsieb tagħhom stess dwar suġġetti bħal dawn. Pereżempju, fl-​1994 terapista popolari li tispeċjalizza fi problemi tal-​adoloxxenti kitbet li iktar kmieni fil-​karriera tagħha ħasset li “t-​tfal marru aħjar b’ġenituri waħedhom li kienu henjin milli b’ġenituri miżżewġin li ma kinux henjin. Kont naħseb li d-​divorzju kien għażla aħjar milli wieħed jissielet fi żwieġ bil-​problemi.” Iżda, wara għoxrin sena t’esperjenza biddlet l-​opinjoni tagħha. Hi stqarret: “Id-​divorzju jkisser ħafna tfal.”

L-​opinjonijiet jistgħu jitbiddlu, imma l-​aqwa parir li jistaʼ jinstab dejjem se jkun jirrifletti b’xi mod il-​prinċipji li jinstabu fil-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja. Int u taqra din is-​serje t’artikli, forsi nnotajt li hemm prinċipju Bibliku fin-​naħa taʼ fuq taʼ paġni 3-​8. Prinċipji bħal dawn għenu lil ħafna familji jirnexxu verament. Bħall-​familji l-​oħrajn kollha, huma jkollhom il-​problemi. Id-​differenza hi li l-​Bibbja pprovditilhom pedament sod għaż-​żwieġ u l-​ħajja tal-​familja. Dan nistennew li hu minnu dwar il-​Bibbja, għax l-​Awtur tagħha, Alla Ġeħova, hu l-​Oriġinatur tal-​familja.—2 Timotju 3:16, 17.

Ipprova dan l-​eżerċizzju. Agħmel lista tal-​iskritturi kwotati fin-​naħa taʼ fuq taʼ paġni 3 sa 8. Żid kwalunkwe skrittura oħra li għenitek. Żomm lista taʼ dawn fejn issibha, u rreferi għalihom spiss.

Agħmel riżoluzzjoni. Kun determinat li tapplika l-​Bibbja fil-​ħajja tal-​familja tiegħek.

[Stampa f’paġna 9]

Permezz taʼ pedament Skritturali sod, il-​familja tiegħek tistaʼ tirreżisti l-​burraxki li jhedduha

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja