LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 10/10 pp. 22-23
  • Għandek Tintalab Flus għall-Funzjonijiet Reliġjużi?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għandek Tintalab Flus għall-Funzjonijiet Reliġjużi?
  • Stenbaħ!—2010
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Dar tal-​Merkanzija”?
  • “Irċivejtu b’Xejn, Agħtu b’Xejn”
  • “Alla Jħobb lil Min Jagħti bil-​Ferħ”
  • Ir-Reliġjon Hi Negozju Kbir?
    Iktar Suġġetti
  • Jehovah Iħobb lil Donaturi Ferriħin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Kif inhu ffinanzjat ix-xogħol tagħna?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Kif inhuma finanzjati l-attivitajiet tas-Saltna
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2010
g 10/10 pp. 22-23

Il-​Ħarsa tal-​Bibbja

Għandek Tintalab Flus għall-​Funzjonijiet Reliġjużi?

F’BOSTA pajjiżi, il-​mexxejja tal-​hekk imsejħin reliġjonijiet Kristjani u reliġjonijiet li mhumiex Kristjani jitolbu l-​flus għall-​funzjonijiet reliġjużi. Dawn il-​funzjonijiet jistgħu jinkludu magħmudijiet, tiġijiet, jew funerali. Dawn jistgħu jqumu mijiet jekk mhux eluf taʼ Ewro.

Xi membri tal-​kleru jitħallsu mill-​gvern talli jwettqu dmirijiet ċerimonjali u pastorali. Jistaʼ jkun li n-​nies iħossuhom grati għal dawn il-​funzjonijiet, u l-​knejjes ikollhom l-​ispejjeż xi jħallsu. Iżda tappoġġa l-​Bibbja drawwiet li jintalbu l-​flus għall-​funzjonijiet reliġjużi jew saħansitra li jġiegħlu lin-​nies iħossuhom obbligati li jħallsu?

“Dar tal-​Merkanzija”?

Meta Ġesù Kristu kien fuq l-​art, l-​uffiċjali reliġjużi Lhud u oħrajn użaw l-​okkażjonijiet reliġjużi bħala opportunitajiet għall-​qligħ, partikolarment matul il-​Qbiż. Qabel magħha Ġesù din id-​drawwa? Le! Fil-​fatt, il-​Bibbja tgħidilna li hu “xerred il-​muniti tas-​sarrafa tal-​flus u qalbilhom l-​imwejjed.” Hu qal: “Tibqgħux tagħmlu dar Missieri dar tal-​merkanzija!”—Ġwanni 2:14-​16.

Sitwazzjoni simili ġrat fi żmien il-​profeta Mikea li kien jgħix fit-​tmien seklu Q.E.K. Il-​Bibbja tgħid li l-​mexxejja reliġjużi taʼ Iżrael kienu ‘jistmerru l-​ġustizzja,’ u l-​qassisin kienu “jitolbu l-​ħlas biex jgħallmu.” Iżda, fl-​istess ħin, huma kienu jistqarru li għandhom l-​appoġġ t’Alla billi jgħidu: “Ġeħova mhux f’nofsna qiegħed?” (Mikea 3:9, 11) Iżda Alla Ġeħova ma kienx f’nofshom biex jappoġġahom. Minflok, hu kien jistmerr il-​kondotta tagħhom u għamel dan ċar daqs il-​kristall permezz tal-​profeta tiegħu.

Illum, ħafna mexxejja reliġjużi jużaw l-​istess tattiki taʼ regħba, u b’hekk jagħmlu l-​postijiet tagħhom taʼ qima ‘djar tal-​merkanzija.’ Fil-​fatt, l-​organizzazzjonijiet reliġjużi b’mod ġenerali jieħdu sehem fil-​kummerċ, u spiss jagħmlu negozju li jħalli ħafna qligħ billi jbigħu xbihat u varjetà bla għadd taʼ oġġetti reliġjużi oħrajn.a—1 Ġwanni 5:21.

“Irċivejtu b’Xejn, Agħtu b’Xejn”

Meta inkariga lill-​appostli tiegħu biex jippritkaw l-​aħbar tajba, ifejqu lill-​morda, u saħansitra jqajmu ’l-​mejtin, Ġesù qal: “Irċivejtu b’xejn, agħtu b’xejn.” (Mattew 10:7, 8) Tabilħaqq, is-​segwaċi veri tiegħu ma kellhomx jitolbu flus għas-​servizzi tagħhom. Iktar minn hekk, Ġesù nnifsu ħalla l-​eżempju billi qeda lil oħrajn mingħajr ma talab ħlas.

L-​appostlu Pawlu segwa l-​eżempju li ħalla Ġesù u wettaq il-​ministeru tiegħu “bla ħlas.” (1 Korintin 9:18) Meta kellu bżonn il-​flus, hu għamel xogħol sekulari bħala ħaddiem tat-​tined. (Atti 18:1-​3) Għalhekk, dwaru nnifsu u dwar sħabu l-​missjunarji, hu setaʼ jgħid: “Aħna . . . ma nagħmlux negozju mill-​kelma t’Alla bħalma jagħmlu ħafna.” (2 Korintin 2:17) Iżda xi ngħidu għall-​flus li jinkisbu għall-​użu tal-​kongregazzjoni, forsi biex jinxtara jew jinkera xi post taʼ qima?

“Alla Jħobb lil Min Jagħti bil-​Ferħ”

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jiksbu l-​flus permezz taʼ donazzjonijiet volontarji. Huma japplikaw il-​prinċipju: “Ħa jagħmel kull wieħed bħalma jkun iddeċieda f’qalbu, mhux kontra qalbu jew bilfors, għax Alla jħobb lil min jagħti bil-​ferħ.” (2 Korintin 9:7) Fi qbil maʼ dan, ix-​Xhieda ma jitolbux flus għal-​letteratura jew għas-​servizzi reliġjużi tagħhom, bħalma huma l-​magħmudijiet, it-​tiġijiet, jew il-​funerali. U lanqas ma jitolbu l-​għexur jew jgħaddu xi sassla matul il-​laqgħat tagħhom. Kull min ikun jixtieq jagħti xi kontribuzzjoni għax-​xogħol tal-​ippritkar madwar id-​dinja jistaʼ jagħmel dan permezz tal-​kaxxi tal-​kontribuzzjonijiet li jinsabu f’post diskret fil-​postijiet tagħhom taʼ qima.

Permezz tal-​kontribuzzjonijiet volontarji, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-​dinja kollha jħallsu għas-​Swali tas-​Saltna, is-​Swali tal-​Assembleat, l-​uffiċċji tal-​fergħa, u l-​istamperiji, kif ukoll jipprovdu l-​għajnuna meħtieġa fi nħawi milqutin minn diżastri. Xi wħud, bħalma kienet l-​armla fil-​bżonn li Ġesù faħħar ferm, jistgħu jagħtu ftit biss. (Luqa 21:2) Oħrajn jistgħu jagħtu ħafna. Hu x’inhu l-​każ, dawk li jżommu mal-​prinċipji mniżżlin fil-​Bibbja u jagħtu skont kemm jistgħu, igawdu kuntentizza ġewwinija, il-​barka bl-​abbundanza minn Alla, u ferħ ġenwin.—Atti 20:35; 2 Korintin 8:12.

[Nota taʼ taħt]

a Ara l-​artiklu “Il-​Ħarsa tal-​Bibbja: Għandu Alla Jiġi Meqjum Permezz tax-​Xbihat?” fil-​ħarġa taʼ Stenbaħ! taʼ Ottubru-​Diċembru, 2008.

QATT ĦSIBT DWAR DAN?

● Ġesù x’qalilhom lil dawk li kienu qed jagħmlu n-​negozju fit-​tempju? —Ġwanni 2:14-​16.

● Kien l-​appostlu Kristjan Pawlu jaċċetta ħlas għas-​servizzi reliġjużi? —2 Korintin 2:17.

● Liema xorta taʼ għoti jogħġob lil Ġeħova?—2 Korintin 9:7.

[Kumment f’paġna 23]

“Tibqgħux tagħmlu dar Missieri dar tal-​merkanzija!” —Ġwanni 2:14-​16

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja