LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 11/13 p. 3
  • Ħarsa Lejn id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn id-Dinja
  • Stenbaħ!—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Ġermanja
  • Id-​Dinja
  • Il-​Ġappun
  • Il-​Bolivja
  • L-​Italja
  • Jistgħu x-Xbihat Iressquk Eqreb Lejn Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Ħarsa lejn id-dinja
    Stenbaħ!—2014
  • Ħarsa lejn id-dinja
    Stenbaħ!—2014
  • Id-Differenza bejn is-Sinjuri u l-Foqra Qegħda Tiżdied
    Stenbaħ!—2000
Stenbaħ!—2013
g 11/13 p. 3

ĦARSA LEJN ID-​DINJA

Il-​Ġermanja

Fl-​2012, waħda mill-​ogħla qrati Ġermaniżi qatgħetha li n-​nies ma jistgħux formalment jitilqu lil knisja li għandha stat taʼ korporazzjoni pubblika u xorta jibqgħu membri taʼ dik il-​komunità reliġjuża. Kattoliċi li jitilqu formalment mill-​knisja tagħhom, u b’hekk ma jħallsux taxxa tal-​knisja, imma li jibqgħu jipprattikaw ir-​reliġjon tagħhom, jistgħu ma jitħallewx jitqarbnu, iqerru, ikollhom pożizzjoni fil-​knisja, u jistgħu saħansitra ma jitħallewx jindifnu bil-​knisja.

Id-​Dinja

Studju tar-​reliġjonijiet tad-​dinja wera li nies li jgħidu li m’għandhom ebda reliġjon, għalkemm mhumiex neċessarjament atei, issa jgħoddu 1.1 biljun. Dawn kienu t-​tielet wara l-​Kristjanità b’2.2 biljuni u l-​Iżlam b’1.6 biljun. Il-​Ħinduiżmu kien ir-​rabaʼ b’madwar biljun ruħ.

Il-​Ġappun

Xjenzjati Ġappuniżi wrew li “li tfaħħar lil dak li jkun jattiva l-​partijiet tal-​moħħ relatati maʼ li tirċievi premju,” u dan iwassal għal “sentiment taʼ ferħ.” Is-​sejba tidher li tikkonferma l-​idea li t-​tifħir hu mod tajjeb biex timmotiva lil xi ħadd biex jitjieb.

Il-​Bolivja

Lejn l-​aħħar tal-​2012 sar ċensiment nazzjonali fil-​Bolivja. Sabiex iċ-​ċensiment isir sewwa, il-​Bolivjani kellhom jibqgħu d-​dar matul il-​ġurnata tal-​istħarriġ. Iżjed minn hekk, is-​sewqan tal-​vetturi privati kif ukoll il-​konsum tax-​xorb alkoħoliku kienu pprojbiti, u l-​fruntieri ngħalqu.

L-​Italja

Fi stħarriġ li sar, it-​Taljani qalu li, bħala medja, kienu jilagħbu maʼ wliedhom għal 15-​il minuta kuljum. “Wieħed minn kull ħames ġenituri biss jaħseb li l-​logħob hu edukattiv,” tgħid La Repubblica. Permezz tal-​logħob, il-​ġenituri jgħinu lil uliedhom jiżviluppaw l-​immaġinazzjoni tagħhom u jkollhom “sens taʼ regoli,” jgħid Andrea Angiolino, disinjatur professjonali tal-​logħob fuq il-​bord.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja