LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 3/14 pp. 10-11
  • Żjara f’El Salvador

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żjara f’El Salvador
  • Stenbaħ!—2014
Stenbaħ!—2014
g 3/14 pp. 10-11
Veduta taʼ El Salvador

PAJJIŻI U POPLI

Żjara f’El Salvador

Mappa taʼ El Salvador

KWAŻI 500 sena ilu, meta l-​Ispanjoli waslu f’dik li llum hi El Salvador, it-​tribù prinċipali fl-​inħawi sejjaħ it-​territorju tiegħu Cuscatlán—isem li jfisser “Art tal-​Ġawhra.” Illum, il-​maġġoranza tan-​nies f’El Salvador huma dixxendenti taʼ tribujiet indiġeni u taʼ nies Ewropej li marru jgħixu hemmhekk.

Is-​Salvadoreni huma magħrufin li jaħdmu iebes u li huma dħulin. Huma qalbhom tajba wkoll u rispettużi. In-​nies jilqgħu lil xulxin bl-​edukazzjoni qabel ma jibdew konversazzjoni jew meta jidħlu f’ħanut billi jgħidu, “Buenos días” (bonġu) jew “Buenas tardes” (wara nofsinhar it-​tajjeb). Infatti, is-​Salvadoreni fi nħawi mwarrbin u fi rħula żgħar jarawha ħaġa kerha li jinjoraw lil xi ħadd għaddej u ma jsellmulux.

Mara taqtaʼ ż-​żerriegħa tal-​kafè

It-​tkabbir tal-​kafè influwenza l-​istorja taʼ El Salvador bil-​kbir

Waħda mill-​ikliet li s-​Salvadoreni togħġobhom l-​iktar hi l-​pupusa—ftira rqiqa ċatta magħmula mid-​dqiq tal-​qamħirrum (jew ross) mimlija bil-​ġobon u l-​fażola, kif ukoll majjal jew mili ieħor. Il-​pupusas spiss jiġu servuti biz-​zalza tat-​tadam u l-​curtido—taħlita taʼ kaboċċi, karrotti, basal, u ħall jaħraq. Għalkemm hemm min jikolha bil-​furketta u s-​sikkina, tradizzjonalment il-​pupusa tittiekel bl-​idejn.

Pupusas

Il-​Pupusa hi waħda mill-​ikliet l-​iktar popolari f’El Salvador

Il-​Kaskata Los Tercios

Il-​Kaskata Los Tercios, Suchitoto

KONT TAF? El Salvador ġie msejjaħ l-​art tal-​vulkani. Fih iktar minn 20 vulkan, li wħud minnhom għadhom attivi. Il-​Kaskata Los Tercios tgelgel fuq kolonni għoljin taʼ blat li ġie fformat b’attività vulkanika.

Hemm iktar minn 38,000 Xhud taʼ Ġeħova f’El Salvador, u huma organizzati f’xi 700 kongregazzjoni. Huma jgħallmu l-​Bibbja lil xi 43,000 ruħ bl-​Ispanjol, l-​Ingliż, u l-​Lingwa tas-​Sinjali taʼ El Salvador.

FATTI INTERESSANTI

  • Popolazzjoni: 6,267,000

  • Belt kapitali: San Salvador

  • Lingwa uffiċjali: Spanjol

  • Klima: Sħuna ħafna mal-​kosta u fil-​pjanuri baxxi ’l ġewwa mill-​baħar; inqas sħuna f’postijiet fil-​għoli

  • Pajjiż: Fil-​biċċa l-​kbira muntanjuż b’art għolja watja fin-​nofs

ARA KEMM TAF

Wieġeb veru jew falz.

  1. El Salvador hu l-​iżgħar pajjiż fl-​Amerika Ċentrali.

  2. El Salvador hu n-​nazzjon li għandu l-​ikbar densità tal-​popolazzjoni fl-​Amerika Ċentrali.

  3. Il-​biċċa l-​kbira tal-​ikel Salvadoren jaħraq ħafna.

  4. It-​tkabbir tal-​kafè influwenza bil-​kbir l-​istorja taʼ El Salvador.

Tweġibiet: A, B, u D huma veri; Ċ hija falza. Ħafna viżitaturi jsibu li l-​ikel Salvadoren ma jaħraqx daqstant.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja