LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 3/14 pp. 8-9
  • Il-flus

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-flus
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Huma l-​flus l-​għerq taʼ kull ħażen?
  • Il-​flus għal xiex iservu?
  • Kif tistaʼ tuża flusek bil-​għaqal?
  • Huma l-Flus l-Għerq taʼ Kull Ħażen?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Kif tqassmu l-flus
    Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
  • Qassam Flusek bil-Għaqal
    Stenbaħ!—2009
  • Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . .
    Stenbaħ!—1997
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 3/14 pp. 8-9
Flus ippakkjati f’sejf miftuħ

IL-​ĦARSA TAL-​BIBBJA

Il-​flus

Huma l-​flus l-​għerq taʼ kull ħażen?

“L-​imħabba għall-​flus hi l-​għerq taʼ kull tip taʼ ħsara.”—1 Timotju 6:10.

DAK LI JGĦIDU XI NIES

Il-​flus huma l-​għerq taʼ kull ħażen.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

“L-​imħabba għall-​flus”—mhux il-​flus infushom—tikkaġuna “kull tip taʼ ħsara.” Fil-​Bibbja, is-​sultan għani Salamun identifika tliet affarijiet li huma taʼ ħsara u li spiss jiġru lin-​nies li jħobbu l-​flus. L-​inkwiet: “L-​abbundanza taʼ l-​għani mhix qed tħallih jorqod.” (Ekkleżjasti 5:12) Skuntentizza: “Min iħobb il-​fidda ma jixbax bil-​fidda, u lanqas min iħobb l-​għana ma jixbaʼ bid-​dħul.” (Ekkleżjasti 5:10) It-​tentazzjoni biex tikser il-​liġi: “Dak li qed iħaffef biex jikseb ir-​rikkezzi mhux se jibqaʼ innoċenti.”—Proverbji 28:20.

Il-​flus għal xiex iservu?

“Il-​flus huma protezzjoni.” —Ekkleżjasti 7:12.

DAK LI JGĦIDU XI NIES

Il-​flus jagħtuk is-​sigurtà u l-​ferħ.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Il-​ħrafa li bil-​flus tistaʼ tixtri l-​ferħ u s-​sigurtà hi parti mill-​“qawwa qarrieqa tar-​rikkezzi.” (Marku 4:19) Xorta waħda, “il-​flus għandhom risposta għal kollox.” (Ekkleżjasti 10:19) Pereżempju, bil-​flus tistaʼ tixtri l-​affarijiet li għandek bżonn biex tgħix—bħall-​ikel u l-​mediċina.—2 Tessalonikin 3:12.

Il-​flus jgħinuk ukoll tieħu ħsieb il-​familja tiegħek. Infatti, il-​Bibbja tistqarr: “Jekk xi ħadd ma jipprovdix għal tiegħu, u speċjalment għall-​membri taʼ daru, ikun ċaħad il-​fidi u jkun agħar minn bniedem mingħajr fidi.”—1 Timotju 5:8.

Kif tistaʼ tuża flusek bil-​għaqal?

‘Oqgħod l-​ewwel bil-​qiegħda u kkalkula l-​ispejjeż.’ —Luqa 14:28.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Uża l-​flus b’tali mod li jkollok l-​approvazzjoni t’Alla. (Luqa 16:9) Ikun għaqli li tuża l-​flus b’responsabbiltà u b’onestà. (Ebrej 13:18) Biex tevita l-​piż li tgħix bid-​dejn, ‘ħa jkun il-​mod kif tgħix ħieles mill-​imħabba għall-​flus.’—Ebrej 13:5.

Għalkemm il-​Bibbja ma tikkundannax id-​dejn, hi twissi: “Min jissellef hu l-​qaddej taʼ min isellfu.” (Proverbji 22:7) Evita li tixtri bla ħsieb, għax “kulmin jgħaġġel żgur li jiġi fil-​bżonn.” (Proverbji 21:5) Minflok, ‘warrab xi ħaġa skond ma tistaʼ’ u faddal għal dak li hu importanti għalik.—1 Korintin 16:2.

Il-​Bibbja tħeġġiġna biex ‘nidraw nagħtu.’ (Luqa 6:38) Min irid jogħġob lil Alla għandu raġuni tajba biex ikun ġeneruż, għax “Alla jħobb lil min jagħti bil-​ferħ.” (2 Korintin 9:7) Għalhekk, “tinsewx tagħmlu l-​ġid u taqsmu m’oħrajn, għax sagrifiċċji bħal dawn jogħġbu ħafna lil Alla.”—Ebrej 13:16.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja