LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/14 p. 6
  • Għala tibqaʼ tgħix?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala tibqaʼ tgħix?
  • Stenbaħ!—2014
  • Materjal Simili
  • Problema mad-Dinja Kollha
    Stenbaħ!—2001
  • Għala xi Nies Jixbgħu mill-Ħajja
    Stenbaħ!—2001
  • Is-Suwiċidju—L-Epidemija Moħbija
    Stenbaħ!—2000
  • Int Tistaʼ Ssib l-Għajnuna
    Stenbaħ!—2001
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 4/14 p. 6
Raġel iħossu ddisprat u jaħseb dwar suwiċidju

SUĠĠETT PRINĊIPALI

Għala tibqaʼ tgħix?

LI KIEKU kellek tiltaqaʼ maʼ Diana,a kont issib li hi mara żagħżugħa intelliġenti, dħulija, u minn tagħna. Imma taħt id-​dehra ferriħija tagħha, hemm disperazzjoni kbira li tħalliha tħossha mhi tajba għal assolutament xejn għal ġranet, ġimgħat, jew anki xhur sħaħ. “Ma tgħaddix ġurnata waħda li ma naħsibx dwar li mmut,” tgħid hi. “Verament nemmen li d-​dinja tkun post aħjar mingħajri.”

“Xi studji wrew li għal kull suwiċidju, 200 ruħ għamlu attentat taʼ suwiċidju u 400 persuna [oħra] ħasbu dwaru.”—THE GAZETTE, MONTREAL, IL-​KANADA.

Diana tgħid li qatt ma tasal li tneħħi ħajjitha b’idejha. Xorta waħda, kultant tara li hu bla skop li tibqaʼ tgħix. “L-​ikbar xewqa tiegħi hi li mmut f’xi aċċident,” tgħid hi. “Sirt inqis il-​mewt bħala ħabiba—mhux għadu.”

Ħafna nies iħossuhom bħal Diana, u wħud minnhom ikkunsidraw—jew ipprovaw—is-​suwiċidju. Però, xi esperti juru li l-​maġġoranza tan-​nies li jipprovaw joqtlu lilhom infushom fir-​realtà ma jridux itemmu ħajjithom; huma sempliċement iridu jtemmu t-​tbatija li jkunu jħossu. Fil-​qosor, jemmnu li għandhom raġuni biex imutu. Li għandhom bżonn hu raġuni biex jgħixu.

Għala tibqaʼ tgħix? Ikkunsidra tliet raġunijiet.

ĦRAFA: Jekk titkellem dwar is-​suwiċidju—jew saħansitra jekk tuża l-​kelma—tħeġġeġ lil oħrajn jipprovawh.

FATT: Jekk titkellem dwar is-​suġġett bil-​miftuħ, spiss tgħin persuna bi ħsibijiet suwiċidali tikkunsidra għażliet oħrajn.

a L-​isem ġie mibdul.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja