LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/14 p. 7
  • Għax l-affarijiet jinbidlu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għax l-affarijiet jinbidlu
  • Stenbaħ!—2014
  • Materjal Simili
  • Għala M’Għandix Naqbad u Ntemm Ħajti b’Idejja?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • 4 | Ħares Lejn il-​Futur b’Tama
    Stenbaħ!—2022
  • Nixtieq immut—Tistaʼ l-Bibbja tgħinni meta jkolli ħsibijiet biex nagħmel suwiċidju?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Kif tittratta mal-bidliet
    Stenbaħ!—2016
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 4/14 p. 7

SUĠĠETT PRINĊIPALI SUBJECT | GĦALA TIBQAʼ TGĦIX?

1 Għax l-​affarijiet jinbidlu

“Aħna magħfusin b’kull mod, imma mhux marsusin li ma nistgħux niċċaqalqu; mifxulin, imma mhux li m’għandniex assolutament minfejn noħorġu.”—2 KORINTIN 4:8.

Is-​suwiċidju ġie msejjaħ “soluzzjoni permanenti għal problema temporanja.” Allavolja diffiċli temmen, problema li tinkwetak—saħansitra waħda li tidher li m’għandekx kontroll fuqha—għandha mnejn tkun waħda temporanja. Infatti, tistaʼ taqleb għall-​aħjar għal għarrieda.—Ara l-​kaxxa “Iċ-​ċirkustanzi tagħhom inbidlu.”

Anki jekk dan ma jiġrix, ikun l-​aħjar li ssolvi l-​problemi li jkollok ġurnata wara l-​oħra. “Qatt tkunu ansjużi dwar l-​għada,” qal Ġesù, “għax l-​għada se jkollu l-​ansjetajiet tiegħu. Hu biżżejjed għal kull ġurnata l-​ħażen tagħha.”—Mattew 6:34.

Imma xi ngħidu jekk iċ-​ċirkustanza tiegħek ma tistax tinbidel? Pereżempju, ejja ngħidu li għandek marda kronika. Jew xi ngħidu jekk id-​disprament li tħoss ġej minn sitwazzjoni li ma tistax titreġġaʼ lura, bħal pereżempju, żwieġ imkisser jew il-​mewt taʼ xi ħadd maħbub?

Anki f’ċirkustanzi bħal dawn, hemm xi ħaġa li tistaʼ tbiddel: il-​ħarsa tiegħek lejn is-​sitwazzjoni. Billi titgħallem taċċetta dak li ma tistax tbiddel, aktarx iktar se jkollok it-​tendenza li tqis l-​affarijiet minn ħarsa iżjed pożittiva. (Proverbji 15:15) U aktarx ikollok iktar tendenza ssib modi biex tkampa mas-​sitwazzjoni minflok ma tispiċċa tuża mezzi drastiċi biex ittemmha. Ir-​riżultat? Tibda tieħu xi naqra kontroll fuq dik li tidher li hi sitwazzjoni li ma tistax tikkontrollaha.—Ġob 2:10.

FTAKAR DAN: Ma tistax titlaʼ muntanja b’pass wieħed; però, tistaʼ tilqaʼ l-​isfida pass wara ieħor. L-​istess hu minnu għall-​maġġoranza tal-​ostakli li tiltaqaʼ magħhom, jidhru kemm jidhru li huma bħal muntanja.

X’TISTAʼ TAGĦMEL ILLUM: Tkellem maʼ xi ħadd—forsi xi ħabib jew membru tal-​familja—dwar is-​sitwazzjoni tiegħek. Dik il-​persuna tistaʼ tgħinek tħares lejn is-​sitwazzjoni tiegħek b’iktar bilanċ.—Proverbji 11:14.

IĊ-​ĊIRKUSTANZI TAGĦHOM INBIDLU

Ikkunsidra erbgħa minn nies imsemmijin fil-​Bibbja li kienu ddisprati sal-​punt li ma ridux jibqgħu jgħixu.

  • Rebekka: “Jekk inhu hekk, għalfejn qed ngħix?”—Ġenesi 25:22.

  • Mosè: “Jekk jogħġbok, oqtolni għalkollox . . . tħallinix nara l-​gwaj tiegħi.”—Numri 11:15.

  • Elija: “Ħudli ruħi, għax m’iniex aħjar minn missirijieti.”—1 Slaten 19:4.

  • Ġob: “Għala ma ħriġtx minn żaqq ommi u mbagħad mitt?”—Ġob 3:11.

Jekk taqra r-​rakkonti Bibliċi taʼ dawn in-​nies, issib li ċ-​ċirkustanzi tagħhom fil-​ħajja nbidlu għall-​aħjar—u b’modi li ma setgħux ikunu jafu. L-​istess jistaʼ jiġri lilek. (Ekkleżjasti 11:6) Taqtax qalbek!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja