LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g22 Nru. 1 pp. 13-15
  • 4 | Ħares Lejn il-​Futur b’Tama

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 4 | Ħares Lejn il-​Futur b’Tama
  • Stenbaħ!—2022
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • GĦALA HU IMPORTANTI?
  • X’Għandek Tkun Taf?
  • X’Tistaʼ Tagħmel minn Issa?
  • Il-​Bibbja Twegħedna Futur Sabiħ
  • Il-Bibbja Twegħedna Futur Sabiħ
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Il-Bibbja Twegħedna Futur Sabiħ
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Ibda Sir Af Kif mill-Bibbja
  • Tama għall-2024—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Kif Tkampa ma’ Problema taʼ Saħħa li Ma Kontx Qed Tistennieha
    Iktar Suġġetti
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2022
g22 Nru. 1 pp. 13-15
Bibbja miftuħa maġenb vażun bil-​fjuri.

F’DINJA TAL-​BIŻAʼ

4 | Ħares Lejn il-​Futur b’Tama

GĦALA HU IMPORTANTI?

L-​ansjetà minħabba l-​problemi li hawn tistaʼ teffettwa s-​saħħa tan-​nies u kif iħossuhom. Ħafna nies li jkunu għaddew minn dawn is-​sitwazzjonijiet jaħsbu li l-​affarijiet qatt mhu se jmorru għall-​aħjar. Allura x’jagħmlu?

  • Ħafna lanqas biss ikunu jridu jaħsbu dwar il-​futur.

  • Oħrajn jixorbu jew jieħdu d-​drogi biex ma jaħsbux dwar il-​problemi tagħhom.

  • Xi nies jaħsbu li mhux worth it jibqgħu jgħixu, allura jaħsbu biex jagħmlu suwiċidju.

X’Għandek Tkun Taf?

  • Xi problemi li qed tiffaċċja forsi mhux se jibqgħu għal dejjem u jistgħu jinbidlu għall-​aħjar meta ma tkunx qed tistenna.

  • Anki jekk ma tkun tistaʼ tagħmel xejn dwar il-​problema li għandek, hemm affarijiet li jistgħu jgħinuk tissaporti.

  • Il-​Bibbja twegħedna soluzzjoni għall-​problemi kollha li hawn fid-​dinja.

X’Tistaʼ Tagħmel minn Issa?

Il-​Bibbja tgħid: ‘Qatt tkunu ansjużi dwar l-​għada, għax l-​għada se jkollu l-​ansjetajiet tiegħu. Hu biżżejjed għal kull ġurnata l-​inkwiet tagħha.’—Mattew 6:34.

Ħudha ġurnata b’ġurnata. Tinkwetax ħafna dwar il-​futur tant li ma tkunx tistaʼ tagħmel l-​affarijiet li għandek tagħmel.

Tinkwetax dwar affarijiet li jistgħu ma jiġrux, inkella se jkollok iżjed stress u ma tibqax pożittiv dwar il-​futur.

X’SE JGĦINEK TKAMPA?​—Pariri Tajbin

IBQAʼ POŻITTIV

Mara tħares barra mit-​tieqa.

Il-​Bibbja tgħid: “Il-​jiem taʼ min isofri kollha huma ħżiena; imma min iħossu tajjeb f’qalbu jinsab f’festa l-​ħin kollu.” (Proverbji 15:15) Jekk tiffoka ħafna fuq il-​problema, tistaʼ ma tindunax li hemm soluzzjoni. Imma jekk tibqaʼ pożittiv, tistaʼ tara aħjar kif tkampa mal-​problema.

  • Naqqas il-​ħin kemm iddum tara l-​aħbarijiet.

  • Kuljum aħseb fuq żewġ jew tliet affarijiet li int kuntent bihom.

  • Agħmel lista t’affarijiet li għandek bżonn tagħmel illum. Jekk għandek biċċa xogħol kbira, ipprova aqsamha f’partijiet iżgħar ħalli tkun tistaʼ tara r-​riżultati iktar malajr.

SAQSI GĦALL-​GĦAJNUNA

Raġel jinkuraġġixxi lil raġel iżgħar.

Il-​Bibbja tgħid: “Min jinqataʼ għalih . . . kontra kull għaqal jiħodha.” (Proverbji 18:1) Ma tistax tkampa maʼ problema kbira waħdek, imma jekk xi ħadd jgħinek se tirnexxi.

  • Saqsi l-​familja jew il-​ħbieb biex jgħinuk.

  • Ara kif int tistaʼ tgħinhom. Meta tgħin lil oħrajn, jgħinek biex ma tiffokax ħafna fuq il-​problemi tiegħek.

  • Jekk qtajt qalbek u taħseb li qed tgħix għalxejn, aħseb biex forsi tara tabib. Kultant meta tħoss li ma tistax tkampa, jistaʼ jkun li għandek problema taʼ saħħa, bħal depression. Ħafna nies sabuha t’għajnuna li jmorru għand tabib.a

a Stenbaħ! ma jissuġġerix xi trattament partikolari.

Il-​Bibbja Twegħedna Futur Sabiħ

Raġel fi żmien il-​Bibbja darba talab lil Alla: “Kelmtek musbieħ għal sieqi, u dawl għal triqti.” (Salm 119:105) Ara kif il-​Bibbja hi bħal lampa.

Billejl, lampa tgħinek tara fejn qed timxi. Bl-​istess mod, il-​Bibbja fiha pariri tajbin li jgħinuna nieħdu deċiżjonijiet diffiċli.

Id-​dawl jistaʼ jurina wkoll x’hemm quddiemna. B’mod simili, il-​Bibbja tistaʼ turina x’hemm sabiħ fil-​futur.

Il-​Bibbja hi ktieb qaddis li fih l-​istorja minn meta bdew jeżistu n-​nies u anki l-​futur sabiħ li qed jistenniena. Hi twieġeb mistoqsijiet bħal:

1

Kif bdiet it-​tbatija? Il-​Bibbja tgħid li “permezz taʼ bniedem wieħed id-​dnub daħal fid-​dinja, u permezz tad-​dnub il-​mewt, u b’hekk il-​mewt infirxet fuq il-​bnedmin kollha għax kollha dinbu.”—Rumani 5:12.

2

Għala n-​nies ma rnexxilhomx isolvu l-​problemi? Il-​Bibbja tgħid li “triq il-​bniedem m’hijiex f’idejh. Lanqas min jimxi ma jistaʼ jidderieġi l-​passi tiegħu.” (Ġeremija 10:23) Il-​problemi li hawn fid-​dinja juru li dan il-​kliem hu veru.

3

X’se jagħmel Alla? Il-​Bibbja turi li hu se “jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ.”—Rivelazzjoni 21:4.

Stampa mill-​vidjow “Għala għandek tistudja l-​Bibbja?” Mara turi lir-​raġel tagħha xi qrat mill-​Bibbja.

TGĦALLEM IŻJED. Ara l-​vidjow Għala għandek tistudja l-​Bibbja?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja