LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g22 Nru. 1 pp. 10-12
  • 3 | Ipproteġi l-​Ħbiberiji Tiegħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 3 | Ipproteġi l-​Ħbiberiji Tiegħek
  • Stenbaħ!—2022
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • GĦALA HU IMPORTANTI?
  • X’Għandek Tkun Taf?
  • X’Tistaʼ Tagħmel minn Issa?
  • Ħbieb Tajbin Ħbieb Ħżiena
    Stenbaħ!—2004
  • Agħżel Ħbieb Tajbin
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Nissodisfaw ix-Xewqa Kbira Tagħna għall-Ħbiberija
    Stenbaħ!—2004
  • Inżommu Ħbiberiji f’Dinja Nieqsa mill-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2022
g22 Nru. 1 pp. 10-12
Koppja kbira fl-​età ferħanin flimkien.

F’DINJA TAL-​BIŻAʼ

3 | Ipproteġi l-​Ħbiberiji Tiegħek

GĦALA HU IMPORTANTI?

In-​nies qed ikollhom iktar ansjetà minħabba l-​problemi fid-​dinja, allura ħafna ma jibqgħux close tan-​nies li jħobbu.

  • In-​nies jinqatgħu minn mal-​ħbieb tagħhom.

  • Il-​miżżewġin jiġġieldu iktar ma’ xulxin.

  • Il-​ġenituri ma jibqgħux jagħtu kas dak li qed jinkwieta lit-​tfal tagħhom.

X’Għandek Tkun Taf?

  • Il-​ħbieb huma importanti għax jgħinuna nibqgħu b’saħħitna fiżikament u emozzjonalment. Dan hu iżjed importanti meta nkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċli.

  • L-​istress li jiġi minn dak li jkun għaddej fid-​dinja jistaʼ jġib il-​problemi fil-​familja.

  • L-​affarijiet koroh fl-​aħbarijiet jistgħu jeffettwaw lit-​tfal iktar milli taħseb.

X’Tistaʼ Tagħmel minn Issa?

Il-​Bibbja tgħid: “Ħabib veru jħobb il-​ħin kollu; huwa ħu mwieled għal meta jkun hemm in-​niket.”—Proverbji 17:17.

Tkellem ma’ ħabib li jistaʼ jgħinek u jtik pariri tajbin. Ħbieb li jħobbuna se jgħinuna u jtuna s-​saħħa biex nissaportu dak li nkunu għaddejjin minnu.

X’SE JGĦINEK TKAMPA?​—Pariri Tajbin

Biex tipproteġi l-​ħbiberiji tiegħek, imxi ma’ dawn il-​pariri fi żminijiet diffiċli

SAĦĦAĦ IŻ-​ŻWIEĠ TIEGĦEK

Koppja kbira fl-​età ferħanin flimkien.

Saħħaħ iż-​żwieġ tiegħek

Il-​Bibbja tgħid: “Tnejn aħjar minn wieħed . . . Għax jekk wieħed minnhom jaqaʼ, l-​ieħor jistaʼ jqajjem lil sieħbu.” (Ekkleżjasti 4:9, 10) Il-​miżżewġin għandhom jaħdmu flimkien, mhux jiġġieldu kontra xulxin.

  • Meta tkunu stressjati, aħdmu iebes biex xorta tittrattaw lil xulxin b’mod tajjeb. Dejjem ipprovaw uru paċenzja.

  • Darba fil-​ġimgħa, ipprovaw tkellmu dwar il-​problemi li għandkom. Iffokaw biex issolvu l-​problema u mhux tiġġieldu.

  • Agħmlu affarijiet li tieħdu pjaċir flimkien.

  • Ftakru f’affarijiet sbieħ li għamiltu flimkien, forsi billi taraw ir-​ritratti tat-​tieġ jew tiftakru f’memorji sbieħ oħra.

“Koppja mhux se taqbel f’kollox, imma dan ma jfissirx li m’għandhomx jaħdmu flimkien. Huma jistgħu jieħdu deċiżjoni u jgħinu lil xulxin biex jirnexxu.”—David.

IBQAʼ CLOSE TAL-​ĦBIEB

  • Nisa minn backgrounds differenti jidħqu u jieħdu pjaċir flimkien.

    Ibqaʼ close tal-​ħbieb

    Apparti li l-​ħbieb jistgħu jgħinuk, aħseb kif tistaʼ tgħinhom int. Meta tinkuraġġixxi lil oħrajn, se tħossok aħjar.

  • Ipprova kellem ftit mill-​ħbieb tiegħek kuljum biex tara kif inhuma.

  • Jekk għandek xi ħbieb li għaddew mill-​istess problemi, saqsihom kif irnexxielhom ikampaw.

“Iż-​żminijiet diffiċli huma bħal maltempata. Il-​ħbieb jistgħu jgħinuk anki billi jfakkruk f’affarijiet li diġà taf. Il-​ħbieb jimpurtahom minnek, u jafu li int jimpurtak minnhom ukoll.”—Nicole.

KUN HEMM GĦAT-​TFAL TIEGĦEK

Koppja maż-​żewġt itfal tagħhom fejn għadira jieħdu pjaċir bil-​veduta.

Kun hemm għat-​tfal tiegħek

Il-​Bibbja tgħid: ‘Kun ħafif biex tismaʼ, tqil biex titkellem.’ (Ġakbu 1:19) Forsi għall-​ewwel it-​tfal iżommu lura milli jgħidu x’qed jinkwetahom. Imma jekk tismagħhom u tkun paċenzjuż, se tgħinhom jiftħu qalbhom.

  • Għin lit-​tfal tiegħek iħossuhom komdi jitkellmu miegħek. Ħafna tfal ikunu lesti li jitkellmu iżjed meta jħossuhom relax. Huma jaf iħossuhom iktar komdi biex jitkellmu meta jkunu fil-​karozza jew mexjin, milli meta jkunu wiċċ imb wiċċ mal-​ġenituri.

  • Kun ċert li t-​tfal tiegħek ma jarawx ħafna aħbarijiet koroh.

  • Għid lit-​tfal xi ppjanajt li tagħmel biex tipproteġi l-​familja.

  • Agħmel pjan għal meta tinqalaʼ emerġenza, u pprovawh bħala familja.

“Tkellem mat-​tfal tiegħek u agħtihom ċans jgħidu kif qed iħossuhom. Jistaʼ jkun li qed jibżgħu, iħossuhom ansjużi, jew irrabjati u mhux qed juruk. Għidilhom li anki int kultant tħossok bħalhom, u għidilhom x’jgħinek.”—Bethany.

Stampa mill-​vidjow “Il-​Familja Tiegħek Tistaʼ Tkun Ferħana.” Koppja jżommu id xulxin u mixjin fil-​kampanja.

TGĦALLEM IŻJED. Ara l-​vidjow Il-​Familja Tiegħek Tistaʼ Tkun Ferħana.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja