LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 7/15 p. 5
  • L-isfida: Qed jintalab wisq minnek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-isfida: Qed jintalab wisq minnek
  • Stenbaħ!—2015
  • Materjal Simili
  • Għandek kontroll fuq ħajtek?
    Stenbaħ!—2015
  • Tgħallem it-Triqat taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Mosè—Raġel li Jħobb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Is-siġra tal-għollieq taqbad
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2015
g 7/15 p. 5
Delina taħdem fil-ġnien

SUĠĠETT PRINĊIPALI | GĦANDEK KONTROLL FUQ ĦAJTEK?

L-​isfida: Qed jintalab wisq minnek

ULIEDEK għandhom bżonnok—issa. Anki l-​imgħallem. Qed isejjaħlek żewġek jew martek. Dan kollu waqt li qed tipprova tieħu ħsieb ġenitur li ma jiflaħx. Din mhix il-​ħajja li kellek pjanata, imma tixroblok saħħtek kuljum. “X’nistaʼ nagħmel?” tgħid bejnek u bejn ruħek. “Għandhom bżonni!” Li tirreaġixxi għal kull bżonn li jkollhom mhux bilfors hu fl-​aħjar interessi tiegħek—jew tagħhom. Kif jistaʼ jerġaʼ jkollok kontroll?

EŻEMPJU BIBLIKU: MOSÈ

Peress li kien l-​uniku mħallef fl-​Iżrael fi żminijiet Bibliċi, Mosè forsi ħass li kien qiegħed sempliċement jagħmel li kien hemm bżonn. Imma l-​kunjatu qallu: “Mhux tajjeb kif qed tagħmel. Żgur li se tegħja.” Hu ssuġġerixxa li Mosè jiddelega l-​biċċa l-​kbira tal-​iġġudikar lil irġiel kapaċi u li huma jressqu l-​każijiet diffiċli biss quddiem Mosè. Ir-​riżultat? Il-​kunjatu taʼ Mosè assigurah: “Tkun tistaʼ żżomm sħiħ u, barra minn hekk, dan il-​poplu kollu jasal f’postu bis-​sliem.”—Eżodu 18:17-​23.

X’TAGĦMEL DELINA

Kif issemma fl-​ewwel artiklu, Delina tbati bid-​distonja, marda newromuskolari. Hi tieħu ħsieb ukoll lit-​tliet ħutha b’diżabilità. “Jien sibt li jekk nieħu l-​affarijiet ġurnata b’ġurnata u jekk nevita t-​tnikkir inaqqas l-​istress,” tgħid hi. “Li ngħid lil oħrajn dwar is-​sitwazzjoni tiegħi rriżulta f’li jkolli l-​għajnuna mingħand oħrajn, inkluż żewġi. Ukoll, inqattaʼ ftit ħin kuljum fil-​ġnien—ħaġa li ttini ħafna sodisfazzjon.”

“Għal kollox hemm żmien stabbilit.”—Ekkleżjasti 3:1

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

Jekk dak li jintalab wisq minnek qed jikkontrollalek ħajtek, ipprova dan li ġej:

  • Ipprova sib lil xi ħadd biex jgħinek. Pereżempju, għandek tfal li jgħixu miegħek u li jistgħu jgħinu? Għandek membri tal-​familja jew ħbieb li jgħixu fil-​qrib u li jistgħu jagħtu daqqa t’id?

  • Għid lil oħrajn xi jkollok bżonn. Pereżempju, tkellem mal-​imgħallem jekk dak li qed jitlob minnek ma jkunx raġunevoli. Dan ma jfissirx li trid tagħti n-​notice. Sempliċement għidlu b’dak li tkun għaddej minnu. Forsi jkun lest inaqqaslek l-​ammont taʼ xogħol li jkollok x’tagħmel.

  • Żomm amment taʼ x’jintalab minnek f’ġimgħa. Tistaʼ tiddelega xi ħaġa lil ħaddieħor?

  • Kun selettiv meta taċċetta stediniet soċjali. Jekk ma tistax tattendi minħabba li ma jkollokx ħin jew enerġija, bil-​ħlewwa għid le.

L-​iktar ħaġa importanti: Jekk tipprova tagħmel kollox, għandu mnejn tispiċċa ma tkun tistaʼ tagħmel xejn.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja