LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 1 pp. 10-13
  • Ġew il-baleni!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġew il-baleni!
  • Stenbaħ!—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ħlejjaq tal-​baħar akrobatiċi ġganteski
  • Karatteristiki fiżiċi li jiddistingwuhom
  • Drawwiet strambi taʼ kif jieklu
  • Għala kienu jiġu kkaċċjati?
  • Mostri Kbar tal-Ibħra Fondi
    Stenbaħ!—2010
  • Il-Ġewnaħ tal-Balena tal-Ġwienaħ Kbar
    Stenbaħ!—2013
  • Ħarsa Lejn Id-​Dinja
    Stenbaħ!—1997
  • Il-ġilda li tnaddaf lilha nfisha tal-balena s-sewda
    Ġie Disinjat?
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 1 pp. 10-13
Right whale omm u l-ferħ tagħha

Ġew il-​baleni!

Kull sena, fil-​bidu taʼ Lulju, is-​southern right whales (Eubalaena australis) nisa jaslu mal-​kosta tan-​Nofsinhar taʼ Santa Catarina, il-​Brażil. Jiġu sa mill-​inħawi tas-​subantartiku, eluf taʼ mili ’l bogħod biex iwelldu u jreddgħu l-​frieħ tagħhom f’ilmijiet baxxi. Għal diversi xhur, residenti u turisti f’xatt il-​baħar jew fuq l-​irdumijiet jitgħaxxqu josservaw il-​baleni—ommijiet u frieħ jistrieħu jew jilagħbu fl-​ilma!a

Ħlejjaq tal-​baħar akrobatiċi ġganteski

Balena mara tistaʼ tkun twila 16-​il metru, bejn wieħed u ieħor daqs bendy bus, u tiżen sa 80 tunnellata! Il-​ġisem ġgantesk tagħha ġeneralment ikun iswed, kultant ikollha rqajjaʼ bojod fuq żaqqha. Rasha hi enormi, kwart tat-​tul taʼ ġisimha. Ħalqha twil u ġej fit-​tond. Din il-​balena m’għandhiex xewka dorsali bħalma jkollhom xi speċi oħra. F’nofs id-​denb wiesaʼ tagħha għandha għamla taʼ V fonda. Biex tgħum ’il quddiem, tilwih ’il fuq u ’l isfel minflok minn ġenb għall-​ieħor, bħalma jagħmel il-​ħut. Biex tbiddel id-​direzzjoni, iċċaqlaq ġwinħajha. Dan jixbah il-​mod kif idur ajruplan.

Taʼ interess, minkejja d-​daqs immens tagħhom, ir-​right whales jistgħu jitgħawġu mhux ħażin u jagħmlu akrobaziji li jgħaġġbuk. Tistaʼ tarahom b’denbhom barra mill-​ilma bħal qlugħ għal ħinijiet twal, jgħollu denbhom u jċapċpu fuq l-​ilma bih bis-​saħħa, u jaqbżu ’l barra mill-​ilma u mbagħad itajru ħafna ilma li jidher mill-​bogħod meta jinżlu.

Karatteristiki fiżiċi li jiddistingwuhom

Fuq u madwar rashom, ir-​right whales ikollhom serje taʼ kallijiet fl-​abjad jew fl-​isfar miksijin b’kolonji taʼ krustaċej żgħar magħrufin bħala qamel tal-​baleni. Karina Groch, il-​koordinatriċi tal-​Brazilian Right Whale Project, tispjega li kull roqgħa hi unika, bħalma huma uniċi l-​marki tas-​swabaʼ taʼ kull persuna, u dan jippermetti li r-​right whales jintgħarfu minn xulxin. Meta l-​baleni jersqu lejn ix-​xatt, jinġibdu ritratti bid-​disinji tal-​irqajjaʼ tal-​kallijiet tagħhom u jinżammu f’direttorju.

Il-​bijologi jgħidu li hu diffiċli tgħid kemm ikollhom żmien ir-​right whales meta jmutu għax din l-​ispeċi taʼ balena m’għandhiex snien. Huma jikkalkulaw li l-​balena tgħix medja taʼ mill-​inqas 65 sena.b

Drawwiet strambi taʼ kif jieklu

Ir-​right whales jieklu krustaċej żgħar. Fuq kull naħa tax-​xedaq taʼ fuq, il-​balena għandha speċi taʼ xibka. Meta jgħumu, iżommu ħalqhom miftuħ, l-​ilma jiffiltra minn ġox-​xibka u jaqbdu l-​priża żgħira fiha. B’dan il-​mod, kull balena tistaʼ tiekol sa żewġ tunnellati krustaċej kuljum.

Is-​southern right whales iqattgħu s-​sajf tagħhom (Jannar/Frar) jieklu fl-​Oċean Antartiku biex irabbu x-​xaħam. Dan is-​saff oħxon taʼ xaħam iżomm il-​balena sħuna meta tkun f’ilmijiet kesħin u jservi taʼ riserva taʼ ikel meta tpassi.

Għala kienu jiġu kkaċċjati?

Mis-​seklu 18 ’il quddiem, dawn il-​baleni ġew ikkaċċjati ħafna fl-​Emisferu t’Isfel. Peress li jgħumu bil-​mod, setgħu jinqabdu faċilment, anki minn sajjieda tal-​baleni f’dgħajjes fraġli tal-​injam mgħammrin biss bi ħrapen tal-​idejn. Barra minn hekk, għall-​kuntrarju taʼ baleni oħra, ir-​right whales jifflowtjaw meta jinqatlu minħabba l-​ammont straordinarju taʼ xaħam li jkollhom. B’hekk, is-​sajjieda tal-​baleni setgħu jirmonkawhom faċilment sax-​xatt.

Iżjed minn hekk, ix-​xaħam u l-​ispeċi taʼ xibka li jkollhom f’ħalqhom kienu prodotti importanti dak iż-​żmien. Ix-​xaħam kien jintuża f’lampi taż-​żejt tat-​toroq u bħala lubrikant. L-​ispeċi taʼ xibka kienet tintuża fil-​kriepet, fil-​frosti tal-​karettuni, u fl-​umbrelel. Infatti, il-​qligħ mill-​bejgħ tax-​xbieki taʼ balena waħda kien ikopri l-​ispejjeż taʼ spedizzjoni sħiħa!

Kmieni fis-​seklu 20, l-​ikkaċċjar żejjed naqqas ħafna l-​popolazzjoni tar-​right whales u eventwalment ma baqax vijabbli. Fil-​Brażil, l-​aħħar kumpanija tal-​ikkaċċjar tal-​baleni ngħalqet fl-​1973. Filwaqt li xi speċi bil-​mod il-​mod irpiljaw, oħrajn għadhom f’periklu kbir taʼ estinzjoni.

Ir-​right whale żgur li hi eżempju li jispikka tal-​komplessità u d-​diversità kbira tal-​ħajja fuq l-​art. Tagħti xhieda għall-​għerf u l-​qawwa tal-​għaġeb taʼ dak li ħalaqha, id-​Disinjatur il-​Kbir, Alla Ġeħova.—Salm 148:7.

a Ilmijiet oħra fejn iwelldu u jreddgħu l-​frieħ huma qrib il-​kosti tal-​Arġentina, l-​Awstralja, l-​Afrika t’Isfel, l-​Urugwaj, u l-​Gżejjer Auckland.

b Ix-​xjentisti jikkategorizzaw tliet speċi differenti taʼ baleni li jaqgħu taħt il-​kategorija tar-​right whales. Minbarra l-​Eubalaena australis fl-​Emisferu t’Isfel, hemm il-​Eubalaena glacialis u l-​Eubalaena japonica fl-​Emisferu taʼ Fuq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja