LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 1 p. 16
  • L-abbiltà li għandu l-ġisem uman biex idewwi l-feriti

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-abbiltà li għandu l-ġisem uman biex idewwi l-feriti
  • Stenbaħ!—2016
  • Materjal Simili
  • Konsulent kirurgu jispjega t-twemmin tiegħu
    Stenbaħ!—2014
  • Kif tistaʼ tibbenefika mill-fatt li Alla jimpurtah minnek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2018
  • Il-Pjagi tal-Gwerra
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Insalvaw il-Ħajja bid-Demm—Kif?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 1 p. 16
Tpinġija taʼ artist taʼ ċelluli tad-demm

ĠIET DISINJATA?

L-​abbiltà li għandu l-​ġisem uman biex ifejjaq il-​feriti

Stikka fuq id

FOST il-​bosta mekkaniżmi li jagħmlu l-​ħajja umana possibbli hemm l-​abbiltà tal-​ġisem li jfejjaq il-​feriti u li jerġaʼ jiġġenera partijiet li tkun ġratilhom il-​ħsara. Il-​proċess jibda malli ssir ferita.

Ikkunsidra: Il-​proċess taʼ fejqan isir possibbli permezz taʼ ħafna funzjonijiet ċellulari kumplessi:

  • Il-​platelets jeħlu man-​nisġa taċ-​ċelluli madwar il-​ferita, jifformaw demm magħqud u jissiġillaw il-​vini li tkun ġratilhom il-​ħsara.

  • L-​infjammazzjoni tipproteġi kontra l-​infezzjoni u tneħħi kwalunkwe “skart” ikkaġunat mill-​ferita.

  • Fi żmien ftit jiem, il-​ġisem jibda jġedded in-​nisġa taċ-​ċelluli, iġiegħel il-​ġerħa tingħalaq, u jsewwi l-​vini li tkun ġratilhom il-​ħsara.

  • Fl-​aħħar, ġilda iebsa terġaʼ tifforma u ssaħħaħ il-​parti milquta.

Ispirati minn kif jagħqad id-​demm, xi riċerkaturi qed jiżviluppaw tipi taʼ plastik li jistgħu “jfejqu” ħsara li tkun ġratilhom. Materjal bħal dan li jsewwi lilu nnifsu fih tubi żgħar paralleli li fihom żewġ kimiki li joħorġu meta tiġrilu kwalunkwe ħsara. Meta ż-​żewġ kimiki jitħalltu, jifformaw ġel li jinfirex fuq il-​partijiet milquta u l-​qsim u t-​toqob jingħalqu. Hekk kif il-​ġel jagħqad, jifforma sustanza iebsa li tirrestawra s-​saħħa oriġinali tal-​materjal. Wieħed mir-​riċerkaturi jammetti li dan il-​proċess taʼ fejqan sintetiku li bħalissa qed jiġi żviluppat “ifakkrek” f’dak li diġà jeżisti fin-​natura.

Int x’taħseb? L-​abbiltà tal-​ġisem li jdewwi l-​feriti ġiet bl-​evoluzzjoni? Jew ġiet disinjata?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja