LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 2 p. 16
  • Kelmtejn dwar ir-relazzjonijiet

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kelmtejn dwar ir-relazzjonijiet
  • Stenbaħ!—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Indja
  • Id-​Danimarka
  • L-​Istati Uniti
  • Nippreparaw Għal Żwieġ Li Jirnexxi
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Il-Bibbja X’Tgħid dwar li Raġel u Mara Jgħixu Flimkien Mingħajr Ma Jkunu Miżżewġin?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Xi Ngħidu Dwar li Tnejn Jgħixu Flimkien Qabel Jiżżewġu?
    Stenbaħ!—2010
  • Jekk iż-​Żwieġ Wasal fi Stat Kritiku
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 2 p. 16
Raġel jargumenta maʼ mara

ĦARSA LEJN ID-​DINJA

Kelmtejn dwar ir-​relazzjonijiet

Kieku kellek tfittex għal parir dwar ir-​relazzjonijiet, kont tfittex l-​ewwel fil-​Bibbja jew forsi din tkun l-​aħħar post li tfittex fih? Ikkunsidra kif l-​għerf tal-​qedem tagħha jitqabbel mar-​riċerka reċenti.

L-​Indja

Wieħed u sittin fil-​mija taż-​żgħażagħ bejn it-​18 u l-​25 sena jemmnu li s-​sess qabel iż-​żwieġ “m’għadux kwistjoni kbira fl-​Indja,” skont stħarriġ li sar fl-​2014. Tabib li jaħdem f’Mumbai qal lill-​Hindustan Times li fil-​fehma tiegħu, “li tinbeda relazzjoni ma jfissirx li ż-​żgħażagħ ikollhom iż-​żwieġ f’moħħhom. Kemm jekk tkun relazzjoni sesswali taʼ darba, kemm jekk relazzjoni każwali u kemm jekk jgħixu flimkien, għalihom m’hemmx għalfejn jikkommettu ruħhom lil xulxin.”

AĦSEB DWAR DAN: Huma l-​mard trasmess sesswalment u t-​trawma emozzjonali iżjed assoċjati maʼ sess qabel iż-​żwieġ jew maʼ sess wara ż-​żwieġ?—1 Korintin 6:18.

Id-​Danimarka

L-​argumenti spissi fost membri tal-​familja jistgħu jwasslu biex dawn ikollhom riskju doppju taʼ li jmutu taʼ mezz’età. Riċerkaturi tal-​University of Copenhagen eżaminaw kważi 10,000 persuna taʼ mezz’età matul perijodu taʼ 11-​il sena u sabu li parteċipanti li argumentaw spiss maʼ xi ħadd tal-​familja x’aktarx li kellhom iktar ċans imutu qabel iż-​żmien minn dawk li rari argumentaw. Awtriċi tal-​istudju tgħid illi li tittratta maʼ ansjetajiet u bżonnijiet u timmaniġġa konflitti “jistgħu jkunu kkunsidrati bħala metodi importanti biex inaqqsu l-​mewt qabel iż-​żmien.”

IL-​BIBBJA TGĦID: “Kulmin iżomm lura dak li jkun se jgħid għandu l-​għarfien, u bniedem taʼ dixxerniment iżomm spirtu kalm.”—Proverbji 17:27.

L-​Istati Uniti

“Koppji ċikliċi”—dawk li jinfirdu mbagħad jerġgħu jirranġaw waqt in-​namur—ikollhom iżjed ċans li jisseparaw għal ftit matul l-​ewwel ħames snin taż-​żwieġ tagħhom, skont studju reċenti li sar f’Louisiana fuq 564 koppja li kienu għadhom kif iżżewġu. Ukoll, ikun hemm iżjed ċans għal iktar konflitti u jkunu inqas sodisfatti biż-​żwieġ tagħhom.

IL-​BIBBJA TGĦID: “Dak li Alla għaqqad flimkien [fiż-​żwieġ] ħa ma jifirdu ebda bniedem.”—Mattew 19:6.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja