LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g17 Nru. 1 pp. 12-13
  • “Din l-​imħabba messitilna qalbna”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Din l-​imħabba messitilna qalbna”
  • Stenbaħ!—2017
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “ISSA QED NARAW IL-​BENEFIĊĊJI!”
  • ‘INĦOSSUNA EQREB TAʼ XULXIN IKTAR MINN QATT QABEL’
  • Terremot!
    Stenbaħ!—2000
Stenbaħ!—2017
g17 Nru. 1 pp. 12-13
Bini mġarraf mit-terremot li seħħ fin-Nepal f’April 2015

“Din l-​imħabba messitilna qalbna”

IS-​Sibt, 25 taʼ April 2015, terremot b’qawwa taʼ 7.8 fuq l-​iskala Richter heżżeż lin-​Nepal, pajjiż fil-​parti l-​kbira muntanjuż li jinsab fit-​Tramuntana tal-​Indja. Dan it-​terremot seħħ madwar 80 kilometru lejn il-​Majjistral tal-​belt kapitali, Kathmandu. B’sogħba, mietu aktar minn 8,500 persuna, u b’hekk dan id-​diżastru naturali kien l-​aktar wieħed qerried li qatt kien hemm fl-​istorja tan-​Nepal. Inqerdu aktar min-​nofs miljun dar. Hemm 2,200 Xhud taʼ Ġeħova jgħixu fin-​Nepal, u l-​maġġorparti minnhom kienu joqogħdu f’dik iż-​żona milquta. B’dispjaċir, mietet Xhud u ż-​żewġ uliedha.

“It-​terremot ġara meta l-​kongregazzjonijiet fiż-​żona l-​aktar milquta kienu għaddejjin bil-​laqgħat tagħhom,” tgħid Michelle, waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. “Li kieku t-​terremot ġara meta ħafna wħud kienu d-​dar, bla dubju d-​diżgrazzja kienet tkun akbar.” X’inhi r-​raġuni li dawk li attendew il-​laqgħa ħelsuha? Il-​mod kif kienet mibnija s-​Sala tas-​Saltna, il-​post fejn jiltaqgħu, kien fattur importanti.

“ISSA QED NARAW IL-​BENEFIĊĊJI!”

Is-​Swali tas-​Saltna li qed jinbdew fin-​Nepal huma ddisinjati biex jifilħu għat-​terremoti. Man Bahadur, li hu involut fil-​kostruzzjoni tas-​Swali tas-​Saltna, jgħid: “Kemm-​il darba staqsewna għaliex qed nagħmlu pedamenti daqshekk b’saħħithom għal bini relattivament żgħir. Issa qed naraw il-​benefiċċji!” Wara t-​terremot, is-​Swali tas-​Saltna ġew approvati biex jintużaw bħala postijiet fejn in-​nies setgħu jistkennu fihom. Minkejja t-​theżżiżiet li kien hemm wara, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova u l-​ġirien tagħhom ħassewhom fis-​sigurtà hemmhekk.

Sala tas-Saltna tiġi użata bħala post taʼ refuġju wara li seħħ it-terremot f’April 2015

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova u xi ġirien jistkennu fis-Swali tas-Saltna

Anzjani Kristjani, jiġifieri rġiel responsabbli, mill-​ewwel bdew tfittxija għall-​membri tal-​kongregazzjoni li ma kinux jafu x’sar minnhom. “L-​anzjani poġġew is-​sigurtà tal-​kongregazzjoni qabel tagħhom infushom,” qalet waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova jisimha Babita. “Din l-​imħabba messitilna qalbna.” L-​għada tat-​terremot, it-​tliet membri tal-​kumitat li jieħdu ħsieb ix-​xogħol tax-​Xhieda taʼ Ġeħova fin-​Nepal, flimkien maʼ indokraturi li jivvjaġġaw, bdew iżuru l-​kongregazzjonijiet biex jaraw x’inhuma l-​bżonnijiet u jagħtu appoġġ lill-​anzjani lokali.

Gary Breaux, mill-kwartieri ġenerali tax-Xhieda taʼ Ġeħova, iżur il-vittmi tat-terremot fin-Nepal

Gary Breaux, mill-​kwartieri ġenerali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova, żar il-​vittmi tat-​terremot

Sitt ijiem wara t-​terremot, Gary Breaux, mill-​kwartieri ġenerali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova fl-​Istati Uniti, żar in-​Nepal flimkien mal-​mara tiegħu, Ruby. “Minħabba l-​konfużjoni li kien hemm fil-​belt taʼ Kathmandu, kif ukoll minħabba t-​theżżiżiet kontinwi taʼ wara,” jistqarr Reuben, membru tal-​kumitat li ssemma qabel, “ma konniex ċerti jekk Ħuna Breaux kienx se jirnexxilu jiġi. Imma hu kien determinat li jiġi—u hekk għamel! Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova lokali apprezzaw ħafna ż-​żjara tiegħu.”

‘INĦOSSUNA EQREB TAʼ XULXIN IKTAR MINN QATT QABEL’

Silas, li jaħdem fl-​uffiċċju tax-​Xhieda Ġeħova fin-​Nepal, qal: “Malli s-​servizz tat-​telefown reġaʼ beda jaħdem, it-​telefown ma qatax iċempel! Xhieda sħabna minn madwar id-​dinja kienu inkwetati fuqna. Għalkemm xi wħud kienu jitkellmu b’lingwa li ma stajniex nifhmu, ħassejna l-​imħabba u x-​xewqa tagħhom li jgħinuna.”

Wieħed mill-istaff mediku tax-Xhieda taʼ Ġeħova mill-Ewropa qed jiċċekkja l-pressjoni taʼ vittma tat-terremot fin-Nepal

Team mediku taʼ Xhieda mill-Ewropa jassistu l-vittmi

Għal diversi ġranet wara t-​terremot, Xhieda lokali ġabu ikel fis-​Swali tas-​Saltna biex jaqsmuh maʼ dawk fil-​bżonn. Ukoll, ġie fformat Kumitat għall-​Għajnuna fid-​Diżastri u mill-​ewwel bdew jaslu ħafna provvisti, b’mod partikulari mill-​Bangladesh, mill-​Indja, u mill-​Ġappun. Fi ftit ġranet, wasal staff mediku mill-​Ewropa. Dawn ix-​Xhieda stabbilew il-​bażi tagħhom f’waħda mis-​Swali tas-​Saltna u qabdu jaħdmu immedjatament. Huma ma ħadux ħsieb biss is-​saħħa fiżika tal-​vittmi tat-​terremot imma wkoll għenuhom ikampaw mat-​trawma emozzjonali.

Mara jisimha Uttara esprimiet kif ħassewhom ħafna meta qalet: “It-​terremot kien orribbli u tal-​biżaʼ. Imma wara, ħassejna li sirna eqreb tal-​familja spiritwali tagħna iktar minn qatt qabel.” Iva, it-​terremot ma dgħajjifx l-​imħabba li n-​nies taʼ Ġeħova għandhom lejh u lejn xulxin. Minflok, din l-​imħabba ssaħħet.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja