LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g19 Nru. 1 p. 3
  • Is-sigurtà tagħna hi mhedda

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-sigurtà tagħna hi mhedda
  • Stenbaħ!—2019
  • Materjal Simili
  • Kemm Irnexxielna Nsalvaw l-Ambjent?
    Stenbaħ!—2003
  • L-Inugwaljanza—Kienet Din l-Intenzjoni t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • L-Internet—Nużaw b’Għaqal Din l-Għodda Globali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Jistaʼ Jkun Tassew Perikoluż li Tinnamra fuq l-Internet?
    Stenbaħ!—2005
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2019
g19 Nru. 1 p. 3

IL-PROBLEMA

Is-sigurtà tagħna hi mhedda

“Din il-​ġenerazzjoni tgawdi riżorsi teknoloġiċi, xjentifiċi, u finanzjarji li qatt ma kien hawn bħalhom . . . U madankollu din forsi hi l-​ewwel ġenerazzjoni li se twassal id-​dinja għall-​kollass fis-​sistemi [politiċi, ekonomiċi, u ambjentali].”—The Global Risks Report 2018, Forum tal-​Ekonomija Dinjija.

ĦAFNA NIES INFORMATI, GĦALA QED JINKWETAW DWAR IL-​FUTUR TAGĦNA U TAL-​ART? IKKUNSIDRA FTIT MILL-​ISFIDI LI QED NIFFAĊĊJAW.

  • Kompjuter li ma tistax tidħol fih

    NUQQAS TAʼ SIGURTÀ FUQ L-​INTERNET: “Iktar ma jgħaddi ż-​żmien, l-​internet iktar qed juri li hu post perikoluż. Hu ġenna għall-​pedofili, bulijiet, trollsa u hackers,” tgħid il-​gazzetta The Australian. “Is-​serq tal-​identità hi waħda mill-​atti kriminali li qed jiżdiedu b’ħeffa madwar id-​dinja . . . L-​internet jagħti n-​nies l-​opportunità biex juru waħda mill-​agħar karatteristiki tal-​bnedmin—li jaslu biex ikunu kattivi u bla qalb.”

  • Ħafna jdejn jipprovaw jieħdu flus

    ŻBILANĊ FINANZJARJU: Skont rapport riċenti minn organizzazzjoni li tgħin lill-​foqra, it-​tmien l-​iktar persuni sinjuri għandhom l-​istess ġid daqs it-​3.6 biljun ruħ l-​iktar fqar fid-​dinja. Ir-​rapport qal li l-​ekonomija tad-​dinja mhijiex ġusta għax il-​ftit li huma sinjuri qed isiru iktar sinjuri u l-​foqra qed isiru iktar foqra, u l-​iktar milquta huma nisa. Xi wħud jibżgħu li l-​iżbilanċ li dejjem qed jiżdied jistaʼ jġiegħel lin-​nies biex jirribellaw.

  • Bombi

    ĠLIED U PERSEKUZZJONI: Rapport tal-​2018 mill-​Aġenzija tal-​Ġnus Magħquda għar-​Refuġjati qal: “Qed nesperjenzaw l-​ikbar numru taʼ nies li nafu bih fl-​istorja li qed jiċċaqalqu minn fejn joqogħdu.” Iktar minn 68 miljun persuna kellhom jitilqu djarhom, l-​iktar minħabba ġlied jew persekuzzjoni. “Kull żewġ sekondi, kważi persuna qed tispiċċa mingħajr saqaf fuq rasha,” qal ir-​rapport.

  • Tinġis ħiereġ minn ċumnija

    THEDDID GĦALL-​AMBJENT: “Ħafna speċi taʼ pjanti u annimali qed jisparixxu b’rata mgħaġġla,” jgħid The Global Risks Report 2018, u “t-​tinġis tal-​arja u l-​baħar sar theddida kbira għas-​saħħa tan-​nies.” Barra minn hekk, l-​insetti qed jonqsu ħafna f’ċerti pajjiżi. Minħabba li l-​insetti jdakkru l-​pjanti, ix-​xjentisti issa qed iwissu li l-​ambjent jistaʼ jiġi meqrud kompletament. Is-​sikek tal-​qroll ukoll mhux qed imorru tajjeb. Ix-​xjentisti jikkalkulaw li madwar nofs is-​sikek fid-​dinja mietu f’dawn l-​aħħar 30 sena.

Se jirnexxilna nagħmlu l-​bidliet li għandna bżonn biex ikollna dinja iktar sigura? Xi wħud iħossu li n-​nies għandhom bżonn jingħataw iktar għarfien. Imma x’tip t’għarfien jistaʼ verament ibiddel il-​mod kif in-​nies jaħsbu u jaġixxu? L-​artikli li ġejjin se jikkunsidraw dawn il-​mistoqsijiet.

a Troll hu xi ħadd li jippowstja messaġġi vendikattivi, provokattivi, jew aggressivi fuq l-​internet.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja