LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 8/1 pp. 4-6
  • L-Inugwaljanza—Kienet Din l-Intenzjoni t’Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Inugwaljanza—Kienet Din l-Intenzjoni t’Alla?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Għerq taʼ l-​Inugwaljanza
  • Qatt se Tinbidel is-​Sitwazzjoni?
  • Il-Pjaga Preżenti taʼ L-inugwaljanza
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Inrażżnu l-Pjaga taʼ l-Inugwaljanza
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Tistaʼ Teżisti Tassew Soċjetà Mingħajr Klassijiet Soċjali?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Is-Saltna t’Alla—Il-Ħakma l-Ġdida fuq id-Dinja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 8/1 pp. 4-6

L-​Inugwaljanza—Kienet Din l-​Intenzjoni t’Alla?

t-​tweġiba f’kelma waħda hija le. Ejja naraw għaliex.

ALLA kellu l-​intenzjoni li l-​bnedmin kollha jkollhom opportunitajiet ugwali biex igawdu l-​ħajja u l-​hena. Dwar il-​ħolqien tal-​bniedem naqraw: “U qal Alla: ‘Ħa nagħmlu l-​bniedem fuq is-​sura u x-​xbieha tagħna, u jaħkmu fuq il-​ħut tal-​baħar u fuq it-​tajr taʼ l-​ajru, fuq il-​bhejjem tad-​dar u fuq il-​bhejjem selvaġġi, u fuq il-​ħlejjaq li jitkaxkru fuq l-​art.’” Meta lesta l-​ħolqien taʼ l-​art u l-​affarijiet taʼ fuqha, “ħares Alla lejn kull ma kien għamel, u, ara, kollox kien tajjeb ħafna.”—Ġenesi 1:26, 31.

Jistaʼ Alla jiddikjara li l-​istat tal-​biki li hawn illum f’dik li hija inugwaljanza huwa “tajjeb ħafna”? Xejn affattu, għaliex “Alla hu mħabba.” (1 Ġwann 4:8) Dwaru jingħad li “ma jħarisx lejn l-​uċuħ” u li “perfett għemilu; u lkoll ġusti t-​triqat tiegħu. Alla taʼ kelmtu u ma jqarraqx; kollu ħaqq u kollu sewwa.” (Dewteronomju 10:17; 32:4; qabbel Ġob 34:19.) U l-​appostlu Pietru kkonkluda: “Issa tassew qiegħed nifhem li Alla ma jħares lejn wiċċ ħadd, imma jilqaʼ lil kull min għandu l-​biżaʼ tiegħu u jagħmel is-​sewwa, ikun minn liema poplu jkun.”—Atti 10:34, 35.

Ladarba Alla hu mimli mħabba, imparzjali, ġust, rett, u twajjeb, kif jistaʼ jkun li ħalaq il-​bnedmin b’tali mod li jitwieldu inugwali fejn jidħol id-​dritt tagħhom li jgawdu l-​hena? Li jippermetti d-​diskriminazzjoni fost in-​nies u li jpoġġihom f’sistema taʼ inugwaljanza jikkontradixxi direttament il-​personalità tiegħu. Hu kellu l-​intenzjoni li huma lkoll ‘jitwieldu liberi u ndaqs fid-​dinjità u fid-​drittijiet.’ Madankollu, illum huwa ovvju li l-​affarijiet m’humiex hekk. Għala le?

L-​Għerq taʼ l-​Inugwaljanza

Il-​fatt li Alla ħalaq lill-​bnedmin biex ikunu ugwali ma jfissirx li kellu l-​intenzjoni li lkoll kemm huma kellhom ikunu ugwali f’kollox. Huma setgħu jkunu differenti fit-​talenti, fl-​interessi u fil-​personalità tagħhom. Setgħu jkunu differenti wkoll fl-​istat jew fil-​grad t’awtorità li jkollhom. Per eżempju, ir-​raġel u l-​mara m’humiex ugwali f’kollox, imma Alla ħalaq lill-​mara bħala “għajnuna” għar-​raġel. (Ġenesi 2:18) Hija ħaġa ovvja li l-​ġenituri u t-​tfal m’għandhomx l-​istess awtorità. Madankollu, minkejja dawn id-​differenzi kollha, ilkoll kemm huma​—kemm l-​irġiel, kemm in-​nisa, u kemm it-​tfal—​kellhom igawdu opportunitajiet ugwali biex jissodisfaw il-​ħtiġijiet bażiċi sabiex ikunu henjin, bħala dritt mogħti lilhom minn Alla. Ilkoll kemm huma kellhom igawdu dinjità u waqfa ugwali quddiem Alla.

B’mod simili, l-​ulied spirti t’Alla, li nħolqu qabel il-​bnedmin, ngħataw inkarigi u responsabbiltajiet differenti. (Ġenesi 3:24; 16:7-11; Isaija 6:6; Ġuda 9) Minkejja dan, huma lkoll setgħu jgawdu b’mod indaqs il-​provvedimenti divini għall-​ħajja u l-​hena, fil-​limiti taʼ dak li kienu ngħataw. B’hekk irriflettew l-​imparzjalità t’Alla b’mod meraviljuż.

B’dispjaċir ngħidu li, wieħed mill-​ħlejjaq spirti ma kienx kuntent bl-​arranġament imparzjali t’Alla. Hu ried iktar milli kien tah Alla, billi xxennaq għal pożizzjoni iktar għolja, iktar elevata. Billi ħalla din ix-​xewqa ħażina tikber ġo fih, hu għamel lilu nnifsu rival taʼ Jehovah, li bħala Ħallieq, għandu bi dritt pożizzjoni taʼ supremazija assoluta. Dan l-​iben spirtu ribelluż iktar tard ħajjar lill-​bnedmin biex jitolbu mingħand Alla iktar minn dak li Hu kien tahom. (Ġenesi 3:1-6; qabbel Isaija 14:12-14.) B’hekk, il-​provvediment taʼ Jehovah għall-​bnedmin biex igawdu l-​ħajja u l-​hena donnu li kien ġie żbilanċjat. Dan ir-​ribell spirtu, li f’Apokalissi 20:2 huwa identifikat bħala “d-​Demonju u x-​Xitan,” sar il-​wieħed mill-​agħar li jqanqal l-​inugwaljanza fost il-​bnedmin.

Qatt se Tinbidel is-​Sitwazzjoni?

It-​tweġiba f’kelma waħda hija iva!

Imma min jistaʼ jwettaq il-​bidliet mixtieqa? Il-​mexxejja umani, uħud minnhom bla dubju bis-​sinċerità kollha, issieltu għal sekli sħaħ biex jagħmlu dan. Is-​suċċess tagħhom kien limitat, u b’hekk dan wassal biex ħafna nies jikkonkludu li m’huwiex realistiku li jistennew li l-​problema taʼ l-​inugwaljanza fost il-​bnedmin qatt se tiġi solvuta. Madankollu, il-​ħarsa t’Alla hija dokumentata f’Isaija 55:10, 11: “Bħalma x-​xita u s-​silġ jinżlu mis-​smewwiet, u ma jerġgħux lura mnejn ġew bla ma jsaqqu l-​art, imma jġegħluha tnissel u tnibbet, u tagħti ż-​żerriegħa ’l min jiżraʼ u l-​ħobż ’il min jiekol, hekk jiġri minn kelmti: hija toħroġ minn fommi, u ma terġax lura vojta, imma tagħmel dak li jogħġob lili, u ttemm dak li nkun bgħattha tagħmel.”

Kemm hu taʼ faraġ li tkun taf li Alla Jehovah ddikjara li se jwettaq l-​iskop oriġinali tiegħu li jipprovdi lill-​bnedmin opportunitajiet ugwali għall-​ħajja u l-​hena! Bħala Alla taʼ verità, hu obbliga lilu nnifsu biex iwettaq dak li wiegħed. B’ferħ, hu għandu kemm ir-​rieda u kemm is-​setgħa li jwettqu. Kif se jagħmlu dan?

It-tweġiba tinsab f’dik is-​Saltna li Ġesù Kristu għallem lis-​segwaċi kollha tiegħu biex jitolbu għaliha: “Missierna, li inti fis-​smewwiet, . . . tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-​sema, hekkda fl-​art.” (Mattew 6:9, 10) Iva, is-​Saltna t’Alla hija l-​mezz li Jehovah se juża biex ‘ifarrak u jtemm is-​saltniet l-​oħra kollha [li jeżistu bħalissa], waqt li hi tibqaʼ wieqfa għal dejjem.’—Danjel 2:44.

Taħt il-​ħakma tas-​Saltna tas-​sema, se titfaċċa soċjetà umana ġdida. F’dan ir-​rigward, l-​appostlu Ġwanni kiteb hekk fl-​aħħar ktieb tal-​Bibbja, Apokalissi: “U rajt sema ġdida u art ġdida, għax is-​sema taʼ qabel u l-​art taʼ qabel għabu.” (Apokalissi 21:1) L-​aspetti koroh taʼ l-​inugwaljanza kollha se jkunu sparixxew​—il-​faqar, il-​mard, l-​injoranza, id-​diskriminazzjoni, u miżerji umani oħrajn.a

Ix-Xhieda taʼ Jehovah ilhom iktar minn seklu jidderieġu l-​attenzjoni tan-​nies lejn din is-​Saltna. (Mattew 24:14) Permezz tal-​letteratura stampata u b’assistenza persunali, huma għamlu ħilithom biex jgħinu lin-​nies jiksbu għarfien dwar l-​iskop t’Alla kif inhu dokumentat fil-​Bibbja. Madankollu, ix-​xogħol tagħhom t’edukazzjoni madwar id-​dinja kollha mhux biss ta lin-​nies it-​tama li jgħixu f’ugwaljanza u hena fil-​futur, imma wkoll ġab miegħu ħafna vantaġġi proprju issa f’li titrażżan il-​pjaga taʼ l-​inugwaljanza. Ejja naraw kif.

[Nota taʼ taħt]

a Għal diskussjoni iktar fid-​dettall dwar kif is-​Saltna t’Alla dalwaqt se ġġib ugwaljanza għal kulħadd, jekk jogħġbok ara kapitli 10 u 11 tal-​ktieb Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem, pubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

[Kumment f’paġna 5]

Alla kellu l-​intenzjoni li l-​bnedmin kollha jkollhom opportunitajiet ugwali biex igawdu l-​ħajja u l-​hena

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja