LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 8/1 pp. 3-4
  • Il-Pjaga Preżenti taʼ L-inugwaljanza

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Pjaga Preżenti taʼ L-inugwaljanza
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Materjal Simili
  • L-Inugwaljanza—Kienet Din l-Intenzjoni t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Huwa Possibbli li Kulħadd Jiġi Trattat l-Istess?—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Inrażżnu l-Pjaga taʼ l-Inugwaljanza
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Tistaʼ Teżisti Tassew Soċjetà Mingħajr Klassijiet Soċjali?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 8/1 pp. 3-4

Il-​Pjaga Preżenti taʼ L-​inugwaljanza

“Aħna nemmnu li dawn il-​veritajiet ma jeħtieġu ebda evidenza, li l-​bnedmin kollha huma maħluqin indaqs, li l-​Ħallieq tagħhom żejjinhom b’ċerti Drittijiet li ma jistgħux jitteħdulhom, li fost dawn hemm il-​Ħajja, il-​Libertà u t-​tfittxija għall-​Hena.”—Dikjarazzjoni taʼ l-​Indipendenza, adottata mill-​Istati Uniti fl-​1776.

“Il-​bnedmin kollha twieldu liberi u bi drittijiet ugwali.”—Dikjarazzjoni tad-​Drittijiet tal-​Bniedem u taċ-​Ċittadin, adottata mill-​Assemblea Nazzjonali taʼ Franza fl-​1789.

“L-​esseri umani kollha twieldu liberi u ndaqs fid-​dinjità u fid-​drittijiet.”—Dikjarazzjoni Universali tad-​Drittijiet tal-​Bniedem, adottata mill-​Assemblea Ġenerali tal-​Ġnus Magħquda fl-​1948.

M’HEMM ebda dubju dwar dan. Fost il-​bnedmin, ix-​xewqa għall-​ugwaljanza hija universali. Imma b’dispjaċir ngħidu li, l-​istess fatt li l-​idea taʼ l-​ugwaljanza fost il-​bnedmin kellha tiġi ripetuta tant taʼ spiss jagħti prova li s’issa l-​bniedem għadu qatt ma rnexxielu jiksibha.

Jistaʼ xi ħadd jirraġuna bis-​serjetà li issa, fit-​tmiem tas-​seklu 20, l-​affarijiet inbidlu għall-​aħjar? Qegħdin iċ-​ċittadini kollha taʼ l-​Istati Uniti u taʼ Franza, jew dawk taʼ kwalunkwe wieħed mill-​185 pajjiż membru tal-​Ġnus Magħquda, igawdu tassew id-​drittijiet ugwali li jingħad li twieldu bihom?

Għalkemm l-​idea t’ugwaljanza fost il-​bnedmin kollha għandha mnejn ‘ma teħtieġ ebda evidenza,’ id-​drittijiet għall-​“Ħajja, il-​Libertà u t-​tfittxija għall-​Hena” huma ferm ’il bogħod milli jkunu ugwali għan-​nies kollha. Per eżempju, liema ugwaljanza fid-​dritt għall-​ħajja nistgħu nitkellmu dwarha meta tifel fl-​Afrika jrid jaqsam is-​servizz taʼ tabib wieħed maʼ 2,569 persuna oħra, mentri tifel fl-​Ewropa jagħmel dan maʼ 289 biss? Jew liema ugwaljanza fid-​drittijiet għal-​libertà u t-​tfittxija għall-​hena hemm meta madwar terz tas-​subien u żewġ terzi tal-​bniet fl-​Indja se jikbru illetterati, mentri f’pajjiżi bħall-​Ġappun, il-​Ġermanja, u l-​Gran Britannja, tistaʼ tgħid kull tifel u tifla għandhom edukazzjoni garantita?

In-nies f’pajjiżi taʼ l-​Amerka Ċentrali, li għandhom dħul taʼ $1,380 [Lm531] kull ras, igawdu l-​istess “dinjità u drittijiet” fil-​ħajja li jgawdu dawk li jgħixu fi Franza, fejn id-​dħul kull ras hu taʼ $24,990 [Lm9,612]? Liema ugwaljanza tgawdi tarbija tifla Afrikana li l-​istatistiċi jindikaw li għandha ċans tgħix biss 56 sena, meta mqabbla maʼ tifla mill-​Amerka taʼ Fuq li għandha ċans tgħix 79 sena?

L-inugwaljanza għandha ħafna aspetti, kollha kemm huma koroh. L-​inugwaljanza fil-​livell taʼ l-​għajxien u fl-​opportunitajiet għall-​kura tas-​saħħa u l-​edukazzjoni huma biss ftit minnhom. Xi kultant, differenzi politiċi, razzjali, jew reliġjużi jkollhom rwol deċiżiv f’li jċaħħdu lin-​nies mid-​dinjità u l-​libertà tagħhom. Minkejja l-​paroli kollu li jingħad rigward l-​ugwaljanza, aħna ngħixu f’dinja taʼ inugwaljanza. L-​istess bħal pjaga​—“kaġun taʼ sofferenza mifruxa jew kbira,” bħalma hija definita din il-​kelma—​l-inugwaljanza tinfirex maʼ kull livell tas-​soċjetà umana. L-​uġigħ li din tikkawża fl-​għamla taʼ faqar, mard, injoranza, nuqqas taʼ impjiegi, u diskriminazzjoni jolqot fil-​laħam il-​ħaj.

“Il-​bnedmin kollha huma maħluqin indaqs.” Xi ħsieb sabiħ! Kemm hi ħaġa traġika li r-​realtà hija pjuttost il-​kontra!

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 3]

UN PHOTO 152113/SHELLEY ROTNER

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja