KIF TKAMPA MAL-GĦOLI TAL-ĦAJJA
Ibqaʼ Ttama
Il-prezzijiet tal-affarijiet fil-pajjiż tiegħek qed jiswew iktar imma l-paga qed tibqaʼ l-istess? Tinkwieta li mhux se tipprovdi biżżejjed għalik u għall-familja tiegħek? Jekk iva, jaf tħossok inkwetat dwar il-futur. Però, anki f’ċirkustanzi diffiċli bħal dawn, li jkollok tama se jgħinek ħafna.
GĦALA HU IMPORTANTI
Nies li jittamaw li l-affarijiet se jmorru għall-aħjar mhux biss jittamaw, imma anki jieħdu azzjoni u jagħmlu l-aħjar mis-sitwazzjoni li jkunu qegħdin fiha. Pereżempju, f’xi studji sabu li n-nies li jittamaw li l-affarijiet se jmorru għall-aħjar . . .
ġeneralment jissaportu iktar sitwazzjoni diffiċli
isibuha iktar faċli biex jagħmlu l-bidliet
jafu jieħdu deċiżjonijiet tajbin li jgħinuhom jgħixu ħajja aħjar b’saħħa tajba
X’TISTAʼ TAGĦMEL
L-ewwel, ara kif il-Bibbja tistaʼ tgħinek illum il-ġurnata. Il-Bibbja fiha pariri prattiċi li jistgħu jgħinuna nkampaw mal-għoli tal-ħajja. Dawn il-pariri se jgħinuk biex tkun kapaċi tlaħħaq mal-ħajja issa u tkun ippreparat għal dak li jistaʼ jinqalaʼ fil-futur.
It-tieni, ara x’tgħid il-Bibbja dwar il-futur. Meta tinduna kemm il-Bibbja fiha pariri li jistgħu jgħinuna, se tkun trid tara x’tgħid ukoll dwar il-futur. Pereżempju, mhux biss se titgħallem li Alla jrid li jkollna “futur u tama,” imma wkoll provdielna raġuni valida għala għandna nemmnu f’din it-tama. (Ġeremija 29:11) Din ir-raġuni hi minħabba s-Saltna t’Alla.
X’INHI S-SALTNA T’ALLA, U X’SE TAGĦMEL?
Is-Saltna t’Alla hi gvern li se jmexxi fuq id-dinja kollha. (Danjel 2:44; Mattew 6:10) F’dak iż-żmien, ħadd mhu se jbati jew ikun fqir, kulħadd se jgħix fil-paċi u jkollu dak li jkollu bżonn biex ikun ferħan, bħalma juru dawn l-iskritturi li ġejjin.
Miljuni taʼ nies jafdaw f’dawn il-wegħdi, u huma ċerti li Alla “ma jistax jigdeb.” (Titu 1:2) Aqra l-Bibbja ħalli tara għalik stess. It-tama li fiha tistaʼ tgħinek tissaporti sitwazzjonijiet diffiċli u tgħinek tkun ċert li se jkollok futur aħjar.