LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 38
  • It-12-il Spija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-12-il Spija
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Tnax-il spija
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Ġożwè Jsir Mexxej
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Mosè Jħabbat fuq il-Blata
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Raħab Taħbi lill-Ispiji
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 38

STORJA 38

It-12-il Spija

ĦARES lejn il-​frott li qed iġorru dawn l-​irġiel. Qed tara kemm hu kbir dak l-​għanqud għeneb? Hemm bżonn taʼ żewġt irġiel biex iġorruh fuq lasta. U ara t-​tin u r-​rummien. Minn fejn ġie dal-​frott sabiħ? Mill-​art taʼ Kangħan. Ftakar, Kangħan hu l-​post fejn darba kienu jgħixu Abraham, Iżakk, u Ġakobb. Imma minħabba l-​ġuħ li kien hemm, Ġakobb mal-​familja tiegħu marru jgħixu l-​Eġittu. Issa, xi 216-​il sena wara, Mosè qed imexxi lill-​Iżraelin lura lejn Kangħan. Waslu f’post fid-​deżert li jismu Kades.

Fl-​art taʼ Kangħan jgħixu nies ħżiena. Għalhekk Mosè jibgħat 12-​il spija, u jgħidilhom: ‘Tkixxfu kemm nies jgħixu hemm, u kemm huma b’saħħithom. U araw jekk l-​art hix tajba biex tkabbar l-​ikel. U kunu ċerti li ġġibu lura ftit mill-​frott.’

Meta l-​ispiji jiġu lura lejn Kades, huma jgħidu lil Mosè: ‘Veru pajjiż sabiħ.’ U biex juru li dan hu minnu, huma juru lil Mosè ftit mill-​frott. Imma 10 mill-​ispiji jgħidu: ‘In-​nies li jgħixu hemm huma kbar u b’saħħithom. Żgur joqtluna jekk nipprovaw nieħdu l-​art.’

L-​Iżraelin jibżgħu meta jisimgħu dan. Huma jgħidu: ‘Aħjar mitna fl-​Eġittu jew saħansitra hawn fid-​deżert. Żgur li joqtluna fil-​battalja, u jiħdulna n-​nisa u t-​tfal tagħna. Ejjew nagħżlu mexxej ġdid minflok Mosè, u nerġgħu lura l-​Eġittu!’

Iżda tnejn mill-​ispiji jafdaw f’Ġeħova, u jipprovaw jikkalmaw lin-​nies. L-​ispiji jisimhom Ġożwè u Kaleb. Dawn jgħidu: ‘Tibżgħux. Ġeħova magħna. Se jkun faċli li nieħdu l-​art.’ Imma n-​nies ma jisimgħux. Pjuttost ikunu jridu joqtlu lil Ġożwè u lil Kaleb.

Dan iġiegħel lil Ġeħova jirrabja ħafna u jgħid lil Mosè: ‘Ħadd min-​nies, minn 20 sena ’l fuq, mhu se jidħol fl-​art taʼ Kangħan. Huma raw il-​mirakli li għamilt fl-​Eġittu u fid-​deżert, imma xorta waħda ma jafdawnix. Għalhekk se jkollhom jiġġerrew fid-​deżert għal 40 sena sakemm imutu kollha. Ġożwè u Kaleb biss se jidħlu fl-​art taʼ Kangħan.’

Numri 13:1-33; 14:1-38.

Mistoqsijiet għall-Istudju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja