LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 43
  • Ġożwè Jsir Mexxej

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġożwè Jsir Mexxej
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Ġeħova għażel lil Ġożwè
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Dak li Ftakar Ġożwè
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Mosè Jħabbat fuq il-Blata
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • It-12-il Spija
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 43

STORJA 43

Ġożwè Jsir Mexxej

MOSÈ jrid jidħol f’Kangħan mal-​Iżraelin. Għalhekk jistaqsi: ‘Ġeħova, ħallini naqsam ix-​Xmara Ġordan, u nara l-​art it-​tajba.’ Imma Ġeħova jgħid: ‘Biżżejjed! Terġax issemmiha darb’oħra!’ Taf għala jgħid hekk Ġeħova?

Minħabba dak li ġara meta Mosè ħabbat fuq il-​blata. Ftakar, hu u Aron ma tawx it-​tifħir lil Ġeħova. Ma qalux lin-​nies li kien Ġeħova li kien qed joħroġ l-​ilma mill-​blata. Minħabba f’hekk, Ġeħova qal li ma kienx se jħallihom jidħlu f’Kangħan.

Għalhekk ftit xhur wara li jmut Aron, Ġeħova jgħid lil Mosè: ‘Ħu lil Ġożwè, u ġibu quddiem Elegħażar il-​qassis u quddiem il-​poplu. U hemm quddiemhom kollha, għid lil kulħadd li Ġożwè hu l-​mexxej il-​ġdid tagħhom.’ Mosè jagħmel eżatt kif jgħidlu Ġeħova, kif tistaʼ tara fl-​istampa.

Imbagħad Ġeħova jgħid lil Ġożwè: ‘Kun kuraġġuż, u tibżax. Int se tmexxi lill-​Iżraelin għal ġol-​art taʼ Kangħan li jien wegħedthom, u jien se nkun magħkom.’

Iktar tard Ġeħova jgħid lil Mosè biex jitlaʼ fuq l-​iktar parti għolja tal-​Muntanja Nebo fl-​art taʼ Mowab. Minn hemm fuq Mosè jistaʼ jħares san-​naħa l-​oħra tax-​Xmara Ġordan u jara l-​art sabiħa taʼ Kangħan. Ġeħova jgħid: ‘Din hi l-​art li jien wegħedt li nagħti lit-​tfal t’Abraham, Iżakk, u Ġakobb. Ħallejtek taraha, imma ma nħallikx tmur ġo fiha.’

Hemmhekk fuq il-​Muntanja Nebo, Mosè jmut. Kellu 120 sena. Kien għadu b’saħħtu, u kien għadu jara tajjeb. In-​nies jitnikktu ħafna u jibku għax miet Mosè. Imma huma ferħanin li għandhom lil Ġożwè bħala l-​mexxej ġdid tagħhom.

Numri 27:12-23; Dewteronomju 3:23-29; 31:1-8, 14-23; 32:45-52; 34:1-12.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja